|
+Artikolu 49 3. |
Artikolu 49 3.L-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz bl-intenzjoni tagħha li tieħu azzjoni fi żmien debitu f'konformità mal-paragrafu 1 jew 2. Meta tiddeċiedi dwar l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed skont dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tqis in-natura u s-serjetà tar-riskju maħluq għall-investituri u l-funzjonament xieraq tas-swieq fl-Unjoni, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:
(a)
id-durata u l-frekwenza tar-riskju li jirriżulta;
(b)
jekk ir-riskju jkunx żvela dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri tad-ditti ta' pajjiż terz;
(c)
jekk ir-reat finanzjarju ġiex ikkawżat, iffaċilitat jew attribwit b'mod ieħor għar-riskju;
(d)
jekk ir-riskju jkunx seħħ intenzjonalment jew b’negliġenza. L-ESMA għandha tinforma lill-Kummissjoni u lid-ditta minn pajjiż terz ikkonċernat dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafu 1 jew 2 mingħajr dewmien u għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha fil-websajt tagħha. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kondizzjonijiet skont liema ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 47(1) għadhomx jeżistu fir-rigward tal-pajjiż terz ikkonċernat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|