+Artikolu 54b Relazzjonijiet mal-awdituri
---+Artikolu 54b 1.
---+Artikolu 54b 2.
|
Artikolu 54b Relazzjonijiet mal-awdituri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 54b 1.
|
Kwalunkwe persuna awtorizzata fis-sens tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
20
), li twettaq, f’funzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta, il-kompitu deskritt fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
21
) jew fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE jew kwalunkwe kompitu ieħor preskritt mil-liġi, ikollha d-dmir li tirrapporta minnufih lill-ESMA kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta li tagħhom dik il-persuna tkun saret konxja waqt it-twettiq ta’ dak il-kompitu u li jistgħu:
(a)
jikkostitwixxu ksur materjali tal-liġijiet, tar-regolamenti jew tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li jirregolaw speċifikament l-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta;
(b)
jaffettwaw il-funzjonament kontinwu tal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta;
(c)
iwasslu għar-rifjut taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew għall-espressjoni ta’ riżervi.
Dik il-persuna jkollha wkoll id-dmir li tirrapporta kwalunkwe fatt u deċiżjoni li tagħhom il-persuna ssir konxja matul il-kors tat-twettiq ta’ wieħed mill-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta li fiha jkun qed iwettaq dak il-kompitu.
|
|
Artikolu 54b 2.
|
Id-divulgazzjoni bona fide lill-awtoritajiet kompetenti, minn persuni awtorizzati fis-sens tad-Direttiva 2006/43/KE, ta’ kwalunkwe fatt jew deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, ma għandhiex tikkostitwixxi ksur ta’ kwalunkwe restrizzjoni kuntrattwali jew ġuridika tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni u ma għandha tinvolvi l-ebda responsabbiltà għal tali persuni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|