|
+Artikolu 54b 1. |
Artikolu 54b 1.Kwalunkwe persuna awtorizzata fis-sens tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ), li twettaq, f’funzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta, il-kompitu deskritt fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ) jew fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE jew kwalunkwe kompitu ieħor preskritt mil-liġi, ikollha d-dmir li tirrapporta minnufih lill-ESMA kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta li tagħhom dik il-persuna tkun saret konxja waqt it-twettiq ta’ dak il-kompitu u li jistgħu:
(a)
jikkostitwixxu ksur materjali tal-liġijiet, tar-regolamenti jew tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li jirregolaw speċifikament l-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta;
(b)
jaffettwaw il-funzjonament kontinwu tal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta;
(c)
iwasslu għar-rifjut taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew għall-espressjoni ta’ riżervi. Dik il-persuna jkollha wkoll id-dmir li tirrapporta kwalunkwe fatt u deċiżjoni li tagħhom il-persuna ssir konxja matul il-kors tat-twettiq ta’ wieħed mill-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta li fiha jkun qed iwettaq dak il-kompitu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|