|
+Artikolu 3 2. |
Artikolu 3 2.Meta, skont l-Artikoli 46, 47, 48, 49, 50 jew 66(3) ta' dan ir-Regolament, ditta tal-investiment tagħti informazzjoni lil klijent permezz ta' sit elettroniku u dik l-informazzjoni ma tkunx indirizzata personalment lill-klijent, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-għoti ta' dik l-informazzjoni f'dak il-mezz ikun adattat għall-kuntest li fih in-negozju bejn id-ditta u l-klijent ikun twettaq, jew ikun sejjer jitwettaq;
(b)
il-klijent għandu jaqbel b'mod speċifiku mal-għoti ta' dik l-informazzjoni f'dik il-forma;
(c)
il-klijent għandu jiġi nnotifikat b'mod elettroniku bl-indirizz tas-sit elettroniku, u bil-post fis-sit elettroniku fejn jista' jkollu aċċess għall-informazzjoni;
(d)
l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata;
(e)
l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli kontinwament permezz ta' dak is-sit elettroniku għall-perjodu ta' żmien li l-klijent jista' b'mod raġjonevoli jkollu l-bżonn jikkonsultaha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|