+Artikolu 3 Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-għoti tal-informazzjoni
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.

Artikolu 3 Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-għoti tal-informazzjoni

Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-għoti tal-informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.

Meta, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ikun meħtieġ li l-informazzjoni tkun ipprovduta f'mezz durabbli kif definit fil-punt 62 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditti tal-investiment għandu jkollhom id-dritt li jipprovdu dik l-informazzjoni f'mezz durabbli ieħor minbarra bil-miktub biss jekk:

(a) 

l-għoti ta' dik l-informazzjoni f'dak il-mezz ikun adattat għall-kuntest li fih in-negozju bejn id-ditta u l-klijent ikun twettaq, jew ikun sejjer jitwettaq;

(b) 

il-persuna li lilha tkun ser tingħata l-informazzjoni, meta mogħtija l-għażla bejn informazzjoni fuq il-karta jew f'dak il-mezz durabbli tagħżel b'mod speċifiku li l-informazzjoni tingħatalha b'dak il-mezz l-ieħor.

Artikolu 3 2.

Meta, skont l-Artikoli 46, 47, 48, 49, 50 jew 66(3) ta' dan ir-Regolament, ditta tal-investiment tagħti informazzjoni lil klijent permezz ta' sit elettroniku u dik l-informazzjoni ma tkunx indirizzata personalment lill-klijent, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-għoti ta' dik l-informazzjoni f'dak il-mezz ikun adattat għall-kuntest li fih in-negozju bejn id-ditta u l-klijent ikun twettaq, jew ikun sejjer jitwettaq;

(b) 

il-klijent għandu jaqbel b'mod speċifiku mal-għoti ta' dik l-informazzjoni f'dik il-forma;

(c) 

il-klijent għandu jiġi nnotifikat b'mod elettroniku bl-indirizz tas-sit elettroniku, u bil-post fis-sit elettroniku fejn jista' jkollu aċċess għall-informazzjoni;

(d) 

l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata;

(e) 

l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli kontinwament permezz ta' dak is-sit elettroniku għall-perjodu ta' żmien li l-klijent jista' b'mod raġjonevoli jkollu l-bżonn jikkonsultaha.

Artikolu 3 3.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-għoti ta' informazzjoni permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi għandu jitqies xieraq fil-kuntest li fih in-negozju bejn id-ditta u l-klijent ikun, jew sejjer ikun, imwettaq jekk ikun hemm provi li l-klijent għandu aċċess regolari għall-internet. L-għoti mill-klijent ta' indirizz elettroniku għall-finijiet ta' twettiq ta' dak in-negozju għandu jkun trattat bħala prova adegwata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.