L-innettjar operazzjonali jinftiehem bħala kwalunkwe nominazzjoni ta' kwantitajiet ta' enerġija u gass li għandhom jiddaħħlu fil-grilja meta dan jiġi mitlub mir-regoli jew it-talbiet ta' Operatur tas-Sistema ta' Trażmissjoni kif definit fl-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
) għal entità li twettaq funzjoni ekwivalenti għal Operatur tas-Sistema ta' Trażmissjoni fil-livell nazzjonali Kwalunkwe nominazzjoni ta' kwantitajiet ibbażata fuq innettjar operazzjonali ma għandhiex tkun għad-diskrezzjoni tal-partijiet għall-kuntratt.