+Artikolu 5
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.

Artikolu 5

Prodott tal-enerġija fil-livell tal-operaturi li għandhom jiġu fiżikament saldati

(L-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.

Għall-finijiet tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, prodott tal-enerġija fil-livell tal-operatur għandu jiġi fiżikament issaldat meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

meta tinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-partijiet għall-kuntratt għandhom stabbiliti arranġamenti proporzjonati sabiex ikunu jistgħu jirċievu jew jieħdu konsenja ta' komodità sottostanti; ftehim ta' bbilanċjar mal-Operatur tas-Sistema ta' Trażmissjoni fil-qasam tal-elettriku u l-gass jiġi kkunsidrat bħala ftehim proporzjonat fejn il-partijiet fil-ftehim għandhom jiżguraw il-konsenja fiżika tal-elettriku jew il-gass.

(b) 

tistabbilixxi obbligi mingħajr kondizzjonijiet, mingħajr restrizzjonijiet u mhux prevedibbli tal-partijiet għall-kuntratt sabiex jirċievu u jikkonsenjaw il-komodità sottostanti;

(c) 

ma tippermettix lil xi parti biex tissostitwixxi konsenja fiżika ma' ħlas fi flus;

(d) 

l-obbligi kuntrattwali ma jistgħux jiġu mpaċija ma' obbligi minn kuntratti oħrajn bejn il-partijiet ikkonċernati, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-partijiet għall-kuntratt, sabiex jinnettjaw l-obbligi ta' pagamenti fi flus.

Għall-finijiet tal-punt(d), innettjar operazzjonali fis-swieq tal-enerġija u tal-gass ma għandux jiġi kkunsidrat bħala t-tpaċija tal-obbligi taħt kuntratt kontra obbligi minn kuntratti oħra.

Artikolu 5 2.
L-innettjar operazzjonali jinftiehem bħala kwalunkwe nominazzjoni ta' kwantitajiet ta' enerġija u gass li għandhom jiddaħħlu fil-grilja meta dan jiġi mitlub mir-regoli jew it-talbiet ta' Operatur tas-Sistema ta' Trażmissjoni kif definit fl-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) għal entità li twettaq funzjoni ekwivalenti għal Operatur tas-Sistema ta' Trażmissjoni fil-livell nazzjonali Kwalunkwe nominazzjoni ta' kwantitajiet ibbażata fuq innettjar operazzjonali ma għandhiex tkun għad-diskrezzjoni tal-partijiet għall-kuntratt.
Artikolu 5 3.
Għall-finijiet tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, force majeure tinkludi kwalunkwe avveniment eċċezzjonali jew sett ta' ċirkostanzi li huma lil hinn mill-kontroll tal-partijiet għall-kuntratt, li l-partijiet għall-kuntratt ma setgħux jipprevedu b'mod raġonevoli jew jevitaw permezz tal-eżerċitar ta' diliġenza dovuta xierqa u raġonevoli u li jipprevjenu lil parti waħda jew liż-żewġ partijiet fil-kuntratt milli jissodisfaw l-obbligi kuntrattwali tagħhom.
Artikolu 5 4.
Għall-finijiet tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE nuqqas ta' kapaċità bona fide ta' saldu tinkludi kwalunkwe avveniment jew sett ta' ċirkostanzi, li ma jikkwalifikawx bħala force majeure kif imsemmi fil-paragrafu 3, li huma oġġettivament u espressament definiti fit-termini tal-kuntratt, għal parti waħda jew iż-żewġ partijiet għall-kuntratt, li jaġixxu b'rieda tajba, sabiex ma jissodisfawx l-obbligi kuntrattwali tagħhom.
Artikolu 5 5.
L-eżistenza ta' force majeure jew ta' nuqqas ta' kapaċità bona fide sabiex jiġu ssaldati provvedimenti ma tipprevjenix kuntratt milli jiġi kkunsidrat bħala “fiżikament issaldat” għall-finijiet tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE.
Artikolu 5 6.
L-eżistenza ta' klawżola ta' inadempjenza li tipprevedi li parti hija intitolata għal kumpens finanzjarju fil-każ ta' eżekuzzjoni difettuża jew mhux difettuża tal-kuntratt, ma tipprevjenix il-kuntratt milli jiġi kkunsidrat bħala “fiżikament issaldat” skont it-tifsirat tat-taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE.
Artikolu 5 7.

Il-metodi ta' konsenja għall-kuntratti li qed jiġu kkunsidrati bħala “fiżikament issaldati” skont it-tifsira tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE talinqas jinkludu:

(a) 

konsenja fiżika tal-komoditajiet rilevanti stess;

(b) 

konsenja ta' dokument li jagħti drittijiet ta' natura ta' sjieda lill-komoditajiet rilevanti jew il-kwantità rilevanti tal-komoditajiet ikkonċernati;

(c) 

metodi oħra li jwasslu għat-trasferiment ta' drittijiet ta' natura ta' sjieda fir-rigward tal-kwantità tal-oġġetti rilevanti mingħajr ma jikkonsenjawhom fiżikament inklużi n-notifika, l-iskedar jew in-nomina lill-operatur ta' netwerk ta' provvista tal-enerġija, li jintitola lir-riċevitur għall-kwantità rilevanti tal-oġġetti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.