|
+Artikolu 7 1. |
Artikolu 7 1.Għall-finijiet tat-Taqsima C(7) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, kuntratt li ma jkunx kuntratt spot skont it-tifsira tal-paragrafu 2 u li mhux għal finijiet kummerċjali kif stabbilit fil-paragrafu 4 għandu jitqies bħala kuntratt li għandu l-karatteristiċi ta' strumenti finanzarji oħrajn ta' derivattivi jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
jissodisfa waħda mill-kriterji li ġejjin:
(i)
jiġi nnegozjat f'ċentru ta' negozjar ta' pajjiż terz li jwettaq funzjoni simili għal suq irregolat, MTF jew OTF;
(ii)
ikun espliċitament iddikjarat sabiex isir negozju fuqu, jew ikun soġġett għar-regoli ta' suq irregolat, MTF, OTF jew ċentru ta' negozjar ta' parti terza ta' din ix-xorta;
(iii)
huwa ekwivalenti għal kuntratt innegozjat f'suq regolat, MTF, OTF jew ċentru ta' negozjar tali f'pajjiż terz, fir-rigward tal-prezz, il-lott, id-data tal-konsenja u termini kuntrattwali oħrajn;
(b)
jiġi standardizzat sabiex, il-prezz, il-lott, id-data tal-konsenja jew termini oħrajn jiġu ddeterminati b'mod prinċipali b'referenza għal prezzijiet ippubblikati regolarment, lottijiet standard jew dati standard ta' konsenja. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|