+Artikolu 7
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.

Artikolu 7

Strumenti finanzjarji oħra ta' derivattivi

(L-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.

Għall-finijiet tat-Taqsima C(7) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, kuntratt li ma jkunx kuntratt spot skont it-tifsira tal-paragrafu 2 u li mhux għal finijiet kummerċjali kif stabbilit fil-paragrafu 4 għandu jitqies bħala kuntratt li għandu l-karatteristiċi ta' strumenti finanzarji oħrajn ta' derivattivi jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

jissodisfa waħda mill-kriterji li ġejjin:

(i) 

jiġi nnegozjat f'ċentru ta' negozjar ta' pajjiż terz li jwettaq funzjoni simili għal suq irregolat, MTF jew OTF;

(ii) 

ikun espliċitament iddikjarat sabiex isir negozju fuqu, jew ikun soġġett għar-regoli ta' suq irregolat, MTF, OTF jew ċentru ta' negozjar ta' parti terza ta' din ix-xorta;

(iii) 

huwa ekwivalenti għal kuntratt innegozjat f'suq regolat, MTF, OTF jew ċentru ta' negozjar tali f'pajjiż terz, fir-rigward tal-prezz, il-lott, id-data tal-konsenja u termini kuntrattwali oħrajn;

(b) 

jiġi standardizzat sabiex, il-prezz, il-lott, id-data tal-konsenja jew termini oħrajn jiġu ddeterminati b'mod prinċipali b'referenza għal prezzijiet ippubblikati regolarment, lottijiet standard jew dati standard ta' konsenja.

Artikolu 7 2.

Kuntratt spot għall-finijiet tal-paragrafu 1 ifisser kuntratt għall-bejgħ ta' komodità, ass jew dritt, li skont it-termini tiegħu il-konsenja tkun skedata biex issir fl-itwal mill-perjodi li ġejjin:

(a) 

jumejn (2) ta' negozjar;

(b) 

il-perjodu aċċettat b'mod ġenerali fis-suq għal dik il-komodità, assi jew dritt bħala l-perjodu standard ta' konsenja.

Kuntratt ma għandux jiġi kkunsidrat bħala kuntratt spot jekk, irrispettivament mit-termini espliċiti tiegħu, ikun hemm arranġament bejn il-partijiet għall-kuntratt li l-konsenja tat-titolu sottostanti għandha tiġi posposta u m'għandiex titwettaq fil-perjodu li jissemma' fil-paragrafu 2.

Artikolu 7 3.

Għall-finijiet tat-Taqsima C(10) tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), kuntratt derivattiv relatat ma' titolu sottostanti li jissemma' f'dik it-Taqsima jew fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament, jitqies bħala kuntratt li għandu l-karatteristiċi ta' strumenti finanzjari oħrajn ta' derivattivi jekk tiġi sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

dak il-kuntratt jiġi ssaldat bi flus kontanti jew jista' jiġi ssaldat bi flus kontanti skont kif tagħżel parti waħda jew aktar, għal raġuni oħra għajr minħabba inadempjenza jew avveniment ieħor ta' tmiem;

(b) 

jiġi nnegozjat f'suq irregolat, MTF, OTF jew f'ċentru ta' nnegozjar ta' pajjiż terz li jwettaq funzjoni simili għal suq irregolat, MTF jew OTF;

(c) 

il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ġew issodisfati fir-rigward ta' dak il-kuntratt.

Artikolu 7 4.

Kuntratt jiġi kkunsidrat li huwa għal finijiet kummerċjali għall-finijiet tat-Taqsima C(7) tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, għandu jitqies bħala kuntratt li ma għandux il-karatteristiċi ta' strumenti finanzarji oħrajn ta' derivattivi għall-finijiet tat-Taqsimiet C(7) u (10) ta' dak l-Anness, jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

wieħed jidħol għalih ma' jew permezz ta' operatur jew amministratur ta' grilja tat-trażmissjoni tal-enerġija, mekkaniżmu ta' bbilanċjar tal-enerġija jew netwerk ta' pajplajn,

(b) 

jeħtieġ li l-provvisti u l-użi tal-enerġija jinżammu f'bilanċ f'ħin identifikat, inkluż il-każ meta l-kapaċità ta' riserva kkuntrattata minn operatur tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku kif definit fl-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2009/72/KE, tiġi trasferita minn fornitur ta' servizz ta' bbilanċjar ikkwalifikat minn qabel għal fornitur ta' servizz ta' bbilanċjar ikkwalifikat minn qabel ieħor bil-kunsens tal-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.