|
+Artikolu 9 |
Artikolu 9Artikolu 9 Konsulenza dwar investimenti (L-Artikolu 4(1)(4) tad-Direttiva 2014/65/UE) Għall-finijiet tad-definizzjoni “konsulenza dwar l-investiment” fl-Artikolu 4(1)(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, rakkomandazzjoni personali hija kkunsidrata bħala rakkomandazzjoni li ssir lil persuna fil-kapaċità tagħha bħala investitur jew investitur potenzjali, jew fil-kapaċità tagħha bħala aġent għal investitur jew investitur potenzjali. Dik ir-rakkomandazzjoni għandha tkun ippreżentata bħala adatta għal dik il-persuna, jew għandha tkun ibbażata fuq konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi ta' dik il-persuna, u għandha tikkostitwixxi rakkomandazzjoni biex wieħed jieħu mis-settijiet ta' passi li ġejjin:
(a)
ix-xiri, il-bejgħ, l-abbonament, l-iskambju, ir-rimbors, iż-żamma jew is-sottoskrizzjoni ta' strument finanzjarju partikolari;
(b)
l-eżerċizzju jew in-nuqqas ta' eżerċizzju ta' xi dritt mogħti minn strument finanzjarju partikolari għal xiri, bejgħ, abbonament, skambju, jew rimbors ta' strument finanzjarju. Rakkomandazzjoni mhijiex ikkunsidrata bħala rakkomandazzjoni personali jekk toħroġ esklussivament għall-pubbliku. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|