+KAPITOLU I KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-għoti tal-informazzjoni
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 4
---+Artikolu 5
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
------+Artikolu 5 6.
------+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 6
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 7
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
------+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 8
---+Artikolu 9
---+Artikolu 10 Karatteristiċi ta' kuntratti derivattivi oħra relatati ma' muniti
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 10 3.
------+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 11
---+Artikolu 12
---+Artikolu 13
---+Artikolu 14
---+Artikolu 15
---+Artikolu 16
---+Artikolu 16a Parteċipazzjoni f'arranġamenti ta' tqabbil
---+Artikolu 17
---+Artikolu 18
---+Artikolu 19
------+Artikolu 19 1.
------+Artikolu 19 2.
------+Artikolu 19 3.
------+Artikolu 19 4.
------+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 20
------+Artikolu 20 1.
------+Artikolu 20 2.
|
KAPITOLU I KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
KAPITOLU I KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
|
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1.
“persuna rilevanti” fir-rigward ta' ditta tal-investiment, tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
direttur, soċju jew ekwivalenti, diriġent jew aġent marbut mad-ditta
(b)
direttur, soċju jew ekwivalenti, jew diriġent ta' xi aġent marbut mad-ditta;
(c)
impjegat tad-ditta jew ta' aġent marbut mad-ditta, kif ukoll kull persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha huma mqiegħda għad-dispożizzjoni u taħt il-kontroll tad-ditta jew ta' aġent marbut mad-ditta u li hi involuta fil-fornimentmid-ditta ta' servizzi u attivitajiet tal-investiment;
(d)
persuna fiżika li hi direttament involuta fil-forniment ta' servizzi lid-ditta tal-investiment jew lill-aġent marbut tagħha taħt arranġament ta' esternalizzazzjoni għall-fini tal-forniment mid-ditta ta' servizzi u attivitajiet tal-investiment;
2.
“analist finanzjarju” tfisser persuna rilevanti li tipproduċi parti sostanzjali tar-riċerka fl-investiment;
3.
“esternalizzazzjoni” tfisser arranġament ta' kwalunkwe forma bejn ditta tal-investiment u fornitur tas-servizz li permezz tiegħu dak il-fornitur tas-servizz irendi proċess, servizz jew attività li xort'oħra jitrenda mid-ditta tal-investiment innifisha;
3a.
“persuna li magħha persuna rilevanti għandha relazzjoni familjari” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
il-konjuġi tal-persuna rilevanti jew is-sieħeb/sieħba ta' dik il-persuna kkunsidrata mil-liġi nazzjonali bħala ekwivalenti għal konjuġi;
(b)
wild jew wild minn relazzjoni oħra, dipendenti, tal-persuna rilevanti;
(c)
kull qarib ieħor tal-persuna rilevanti li għamel parti mill-istess familja ta' dik il-persuna għal mill-inqas sena fid-data tat-tranżazzjoni personali konċernata;
4.
“tranżazzjoni ta' finanzjament ta' titoli” tfisser tranżazzjoni ta' finanzjament ta' titolu kif definit fl-Artikolu 3(11) tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
);
5.
“rimunerazzjoni” tfisser il-forom kollha ta' pagamenti jew ta' benefiċċji finanzjarji jew non-finanzjarji pprovduti direttament jew indirettament minn ditti lil persuni rilevanti fil-provvediment ta' servizzi ta' investiment jew servizzi anċillari lill-klijenti;
6.
“komodità” tfisser kwalunkwe oġġett ta' natura funġibbli li jista' jiġi kkonsenjat, inklużi l-metalli u l-minerali u l-ligi tagħhom, il-prodotti agrikoli, u l-enerġija, bħall-elettriku;
▼M4
7.
“preferenzi tas-sostenibbiltà” tfisser l-għażla ta’ klijent jew klijent potenzjali dwar jekk fl-investiment tiegħu jew tagħha għandux jiġi integrat xi wieħed jew aktar minn wieħed mill-istrumenti finanzjarji li ġejjin u, jekk iva, sa fejn:
(a)
strument finanzjarju li fir-rigward tiegħu l-klijent jew il-klijent potenzjali jiddetermina li proporzjon minimu għandu jiġi investit f’investimenti ambjentalment sostenibbli kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
);
(b)
strument finanzjarju li fir-rigward tiegħu l-klijent jew il-klijent potenzjali jiddetermina li proporzjon minimu għandu jiġi investit f’investimenti sostenibbli kif definiti fl-Artikolu 2(17) tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
);
(c)
strument finanzjarju li jqis l-impatti avversi prinċipali fuq il-fatturi tas-sostenibbiltà, fejn l-elementi kwalitattivi jew kwantitattivi li juru l-kunsiderazzjoni jiġu ddeterminati mill-klijent jew mill-klijent potenzjali;
8.
“fatturi ta’ sostenibbiltà” tfisser fatturi ta’ sostenibbiltà kif definiti fl-Artikolu 2(24) tar-Regolament (UE) 2019/2088;
9.
“riskji għas-sostenibbiltà” tfisser riskji għas-sostenibbiltà kif definiti fl-Artikolu 2(22) tar-Regolament (UE) 2019/2088.
▼B
|
|
Artikolu 3 Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-għoti tal-informazzjoni
|
Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-għoti tal-informazzjoni
|
|
Artikolu 4
|
Artikolu 4 Għoti ta' servizz ta' investiment b'mod inċidentali (Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/65/UE) Għall-finijiet tal-eżenzjoni fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, sevizz ta' investiment għandu jitqies li huwa pprovdut b'mod inċidentali matul attività professjonali meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
meta teżisti konnessjoni mill-qrib jew fattwali bejn l-attività professjonali u l-għoti ta' servizz ta' investiment lill-istess klijent, b'tali mod li s-servizz tal-investiment jista' jitqies bħala aċċessorju għall-attività professjonali ewlenija
(b)
l-għoti ta' servizzi ta' investiment lill-klijenti tal-attività professjonali ewlenija ma għandux l-għan li jipprovdi sors sistematiku ta' dħul lill-persuna li tipprovdi l-attività professjonali; kif ukoll
(c)
il-persuna li tipprovdi l-attività professjonali la tikkummerċjalizza u lanqas timpromwovi l-kapaċità tagħha li tipprovdi servizzi ta' investiment, minbarra meta dawn huma divulgati lill-klijenti bħala li huma aċċessorju għall-attività professjonali ewlenija.
|
|
Artikolu 5
|
Prodott tal-enerġija fil-livell tal-operaturi li għandhom jiġu fiżikament saldati (L-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)
|
|
Artikolu 6
|
Kuntratti tad-derivati tal-enerġija relatati maż-żejt u l-faħam u l-prodotti tal-enerġija fil-livell tal-operatur (L-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)
|
|
Artikolu 7
|
Strumenti finanzjarji oħra ta' derivattivi (L-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)
|
|
Artikolu 8
|
Artikolu 8 Derivattivi skont Taqsima C(10) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE (L-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE) Minbarra kuntratti derivattivi msemmija espressament fit-Taqsima C(10) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, kuntratt derivattiv ikun soġġett għad-dispożizzjonijiet f'dik it-Taqsima meta jissodisfa l-kriterji stabbiliti f'dik it-Taqsima u fl-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament u jkun relatat ma' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
il-bandwidth tat-telekomunikazzjonijiet;
(b)
il-kapaċità għall-ħażna tal-komoditajiet;
(c)
il-kapaċità tat-trażmissjoni jew tat-trasport relatata mal-komoditajiet sew jekk kabil, pajplajn jew mezzi oħra bl-eċċezzjoni ta' drittijiet ta' trażmissjoni relatati ma' kapaċitajiet transżonali ta' trażmissjoni tal-elettriku meta wieħed jidħol għalihom, fis-suq primarju ma' jew minn operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew kwalunkwe persuna li taġixxi bħala fornitur ta' servizz f'isimhom u sabiex tiġi allokata l-kapaċità tat-trażmissjoni;
(d)
allowance, kreditu, permess, dritt jew ass simili li huwa marbut direttament mal-provvista, id-distribuzzjoni jew il-konsum ta' enerġija derivata minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, minbarra fejn il-kuntratt ikun diġà fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tat-taqsima (C) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE
(e)
varjant ġeoloġiku, ambjentali jew fiżiku ieħor, minbarra jekk il-kuntratt huwa relatat ma' kwalunkwe unità rikonoxxuta għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
);
(f)
kwalunkwe ass jew dritt ieħor ta' natura funġibbli, għajr dritt li jiġi riċevut servizz, li jista' jiġi ttrasferit;
(g)
indiċi jew miżura relatata mal-prezz jew mal-valur ta', jew mal-volum ta' tranżazzjonijiet fi kwalunkwe ass, dritt, servizz jew obbligu.
(h)
indiċi jew miżura bbażata fuq statistika attwarjali.
|
|
Artikolu 9
|
Artikolu 9 Konsulenza dwar investimenti (L-Artikolu 4(1)(4) tad-Direttiva 2014/65/UE) Għall-finijiet tad-definizzjoni “konsulenza dwar l-investiment” fl-Artikolu 4(1)(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, rakkomandazzjoni personali hija kkunsidrata bħala rakkomandazzjoni li ssir lil persuna fil-kapaċità tagħha bħala investitur jew investitur potenzjali, jew fil-kapaċità tagħha bħala aġent għal investitur jew investitur potenzjali. Dik ir-rakkomandazzjoni għandha tkun ippreżentata bħala adatta għal dik il-persuna, jew għandha tkun ibbażata fuq konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi ta' dik il-persuna, u għandha tikkostitwixxi rakkomandazzjoni biex wieħed jieħu mis-settijiet ta' passi li ġejjin:
(a)
ix-xiri, il-bejgħ, l-abbonament, l-iskambju, ir-rimbors, iż-żamma jew is-sottoskrizzjoni ta' strument finanzjarju partikolari;
(b)
l-eżerċizzju jew in-nuqqas ta' eżerċizzju ta' xi dritt mogħti minn strument finanzjarju partikolari għal xiri, bejgħ, abbonament, skambju, jew rimbors ta' strument finanzjarju.
Rakkomandazzjoni mhijiex ikkunsidrata bħala rakkomandazzjoni personali jekk toħroġ esklussivament għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 10 Karatteristiċi ta' kuntratti derivattivi oħra relatati ma' muniti
|
Karatteristiċi ta' kuntratti derivattivi oħra relatati ma' muniti
|
|
Artikolu 11
|
Artikolu 11 L-Istrumenti tas-suq monetarju (L-Artikolu 4(1)(17) tad-Direttiva 2014/65/UE) L-istrumenti tas-suq monetarju, f'konformità mal-Artikolu 4(1)(17) tad-Direttiva 2014/65/UE, għandhom jinkludu l-kambjali tat-teżor, iċ-ċertifikati ta' depożitu, il-karti kummerċjali u strumenti oħrajn b'karatteristiċi sostantivament ekwivalenti li jista' jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin:
(a)
ikollhom valur li jista' jiġi ddeterminat fi kwalunkwe żmien;
(c)
għandhom maturità legali fil-ħruġ ta' 397 jum jew inqas.
|
|
Artikolu 12
|
Artikolu 12 Internalizzaturi sistematiċi għall-ishma, irċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn (L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE) Ditta tal-investimenti għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward ta' kull sehem, irċevuta depożitarja, fondi nnegozjati fil-borża (ETF), ċertifikazzjoni u kwalunkwe strument finanzjarju ieħor simili li jinternalizza skont il-kriterji li ġejjin:
(a)
fuq bażi frekwenti u sistematika fl-istrument finanzjarju li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur:
(i)
in-numru ta' tranżazzjonijiet OTC li jkunu twettqu minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent ikun daqs jew akbar minn 0,4 % tan-numru totali ta' tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju rilevanti eżegwit fl-Unjoni jew fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar jew OTC matul l-istess perjodu;
(ii)
it-tranżazzjonijiet OTC imwettqa minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent fl-istrument finanzjarju rilevanti jsiru fuq medja ta' darba kuljum;
(b)
fuq bażi frekwenti u sistematika fl-istrument finanzjarju li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur it-tranżazzjonijiet OTC li jkunu saru minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent isiru fuq medja ta' darba kuljum;
(c)
fuq bażi sostanzjali fl-istrument finanzjarju fejn id-daqs ta' negozjar OTC imwettaq minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent huwa, matul l-aħħar sitt (6) xhur, daqs jew akbar minn:
(i)
15 % tal-fatturat totali f'dak l-istrument finanzjarju eżegwit minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem il-klijenti u eżegwit f'ċentru tan-negozjar jew OTC;
(ii)
0,4 % tal-fatturat totali f'dak l-istrument finanzjarju eżegwit fl-Unjoni f'ċentru tan-negozjar jew OTC.
|
|
Artikolu 13
|
Artikolu 13 Internalizzaturi sistematiċi għall-obbligazzjonijiet (L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE) Ditta tal-investiment għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tal-obbligazzjonijiet kollha li jappartjenu għal klassi ta' obbligazzjonijiet maħruġa mill-istess entità jew minn kwalunkwe entità fi ħdan l-istess grupp fejn, f'rabta ma' din l-obbligazzjoni, tinternalizza skont il-kriterji li ġejjin:
(a)
fuq bażi frekwenti u sistematika fl-obbligazzjoni li għaliha hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur:
(i)
in-numru ta' tranżazzjonijiet OTC li jkunu twettqu minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent ikun daqs jew akbar minn 2,5 % tan-numru totali ta' tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju rilevanti eżegwit fl-Unjoni jew fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar jew OTC matul l-istess perjodu;
(ii)
it-tranżazzjonijiet OTC imwettqa minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent fl-istrument finanzjarju rilevanti jsiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;
(b)
fuq bażi frekwenti u sistematika fl-obbligazzjoni li għaliha hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur it-tranżazzjonijiet OTC li jkunu saru minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent isiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;
(c)
fuq bażi sostanzjali fl-obbligazzjoni fejn id-daqs ta' negozjar OTC imwettaq minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent huwa, matul l-aħħar sitt (6) xhur, daqs jew akbar minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
25 % tal-fatturat totali f'dik l-obbligazzjoni eżegwita minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem il-klijenti u eżegwit f'ċentru tan-negozjar jew OTC;
(ii)
1 % tal-fatturat totali f'dik l-obbligazzjoni eżegwita fl-Unjoni f'ċentru tan-negozjar jew OTC.
|
|
Artikolu 14
|
Artikolu 14 Internalizzaturi sistematiċi għall-prodotti finanzjarji strutturati (L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE) Ditta tal-investiment għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tal-prodotti finanzjarji strutturati kollha li jappartjenu għal klassi ta' prodotti finanzjarji strutturati maħruġa mill-istess entità jew minn kwalunkwe entità fi ħdan l-istess grupp fejn, f'rabta ma' dan il-prodott finanzjarju strutturat, tinternalizza skont il-kriterji li ġejjin:
(a)
fuq bażi frekwenti u sistematika fil-prodott finanzjarju strutturat li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur:
(i)
in-numru ta' tranżazzjonijiet OTC li jkunu twettqu minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent ikun daqs jew akbar minn 4 % tan-numru totali ta' tranżazzjonijiet fil-prodott finanzjarju strutturat rilevanti eżegwit fl-Unjoni fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar jew OTC matul l-istess perjodu;
(ii)
it-tranżazzjonijiet OTC imwettqa minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent fl-istrument finanzjarju rilevanti jsiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;
(b)
fuq bażi frekwenti u sistematika fi prodott finanzjajru strutturat li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur it-tranżazzjonijiet OTC li jkunu saru minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent isiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;
(c)
fuq bażi sostanzjali fi prodott finanzjarju strutturat fejn id-daqs ta' negozjar OTC imwettaq minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent huwa, matul l-aħħar sitt (6) xhur, daqs jew akbar minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
30 % tal-fatturat totali f'dak il-prodott finanzjarju strutturat eżegwit minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem il-klijenti u eżegwit f'ċentru tan-negozjar jew OTC;
(ii)
2,25 % tal-fatturat totali f'dak il-prodott finanzjarju strutturat eżegwit fl-Unjoni f'ċentru tan-negozjar jew OTC.
|
|
Artikolu 15
|
Artikolu 15 Internalizzaturi sistematiċi għad-derivattivi (L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE) Ditta tal-investiment għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tad-derivattivi kollha li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi fejn, f'rabta ma' dan id-derivattiv, tinternalizza skont il-kriterji li ġejjin:
(a)
fuq bażi frekwenti u sistematika f'derivattiv li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur:
(i)
in-numru ta' tranżazzjonijiet OTC li jkunu twettqu minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent ikun daqs jew akbar minn 2,5 % tan-numru totali ta' tranżazzjonijiet fil-klassi tad-derivattivi rilevanti eżegwit fl-Unjoni jew fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar jew OTC matul l-istess perjodu;
(ii)
it-tranżazzjonijiet OTC imwettqa minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent f'din il-klassi ta' derivattivi jsiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;
(b)
fuq bażi frekwenti u sistematika f'derivattiv li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur it-tranżazzjonijiet OTC li jkunu saru minnha f'isimha stess fil-klassi ta' derivattivi rilevanti meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent isiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;
(c)
fuq bażi sostanzjali f'derivattiv fejn id-daqs ta' negozjar OTC imwettaq minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent huwa, matul l-aħħar sitt (6) xhur, daqs jew akbar minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
25 % tal-fatturat totali f'dik il-klassi ta' derivattivi eżegwit minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem il-klijenti u eżegwit f'ċentru tan-negozjar jew OTC;
(ii)
1 % tal-fatturat totali f'dik il-klassi ta' derivattivi eżegwit fl-Unjoni f'ċentru tan-negozjar jew OTC.
|
|
Artikolu 16
|
Artikolu 16 Internalizzaturi sistematiċi għall-kwoti tal-emissjonijiet (L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE) Ditta tal-investiment għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tal-kwoti tal-emissjonijiet kollha fejn, f'rabta ma' dan l-istrument, tinternalizza skont il-kriterji li ġejjin:
(a)
fuq bażi frekwenti u sistematika fi kwota tal-emissjonijiet li għaliha hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur:
(i)
in-numru ta' tranżazzjonijiet OTC li jkunu twettqu minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent ikun daqs jew akbar minn 4 % tan-numru totali ta' tranżazzjonijiet fil-kwoti tal-emissjonijiet rilevanti eżegwit fl-Unjoni jew fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar jew OTC matul l-istess perjodu;
(ii)
it-tranżazzjonijiet OTC imwettqa minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent f'dan it-tip ta' kwoti tal-emissjonijiet jsiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;
(b)
fuq bażi frekwenti u sistematika fi kwota tal-emissjonijiet li għaliha hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur it-tranżazzjonijiet OTC li jkunu saru minnha f'isimha stess fil-klassi ta' derivattivi rilevanti meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent isiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;
(c)
fuq bażi sostanzjali fi kwota tal-emissjonijiet fejn id-daqs ta' negozjar OTC imwettaq minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent huwa, matul l-aħħar sitt (6) xhur, daqs jew akbar minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
30 % tal-fatturat totali fi kwota tal-emissjonijiet eżegwit minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem il-klijenti u eżegwit f'ċentru tan-negozjar jew OTC;
(ii)
2,25 % tal-fatturat totali f'dan it-tip ta' kwota tal-emissjonijiet eżegwit fl-Unjoni f'ċentru tan-negozjar jew OTC.
▼M1
|
|
Artikolu 16a Parteċipazzjoni f'arranġamenti ta' tqabbil
|
Artikolu 16a Parteċipazzjoni f'arranġamenti ta' tqabbil Ditta tal-investiment ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala negozjar għan-nom proprju fis-sens tal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fejn dik id-ditta tal-investiment tipparteċipa f'arranġamenti ta' tqabbil li jsiru ma' entitajiet barra l-grupp bl-għan jew bil-konsegwenza li twettaq tranżazzjonijiet spalla ma' spalla bla riskju de facto fi strument finanzjarju barra post ta' negozjar.
▼B
|
|
Artikolu 17
|
Artikolu 17 Perjodi ta' valutazzjoni rilevanti (L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE) Il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 16 għandhom jiġu vvalutati fuq bażi trimestrali abbażi tad-data mill-aħħar sitt (6) xhur. Il-perjodu ta' valutazzjoni għandu jibda fl-ewwel jum ta' ħidma tax-xhur ta' Jannar, April, Lulju u Ottubru. Strumenti ġodda maħruġin mill-ġdid jistgħu jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni biss meta d-data storika tkopri perjodu ta' mill-inqas tliet (3) xhur fil-każ ta' ishma, irċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn, u sitt (6) ġimgħat fil-każ ta' obbligazzjonijiet, prodotti finanzjarji strutturati u derivattivi.
|
|
Artikolu 18
|
Artikolu 18 In-negozjar algoritmiku (L-Artikolu 4(1)(39) tad-Direttiva 2014/65/UE) Għall-iskopijiet li tiġi speċifikata ulterjorment id-definizzjoni tan-negozjar algoritmiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(39) tad-Direttiva 2014/65/UE, sistema għandha tiġi kkunsidrata li ma għandha ebda intervent uman jew għandha intervent uman limitat meta, għal kwalunkwe ordni jew proċess ta' ġenerazzjoni tal-kwoti jew kwalunkwe proċess biex tiġi ottimizzata l-eżekuzzjoni tal-ordni, sistema awtomatizzata tieħu deċiżjonijiet fi kwalunkwe stadju tal-bidu, il-ġenerazzjoni, id-direzzjoni jew l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet jew kwoti skont parametri determinati minn qabel.
|
|
Artikolu 19
|
Teknika ta' negozjar algoritmiku ta' frekwenza għolja (L-Artikolu 4(1)(40) tad-Direttiva 2014/65/UE)
|
|
Artikolu 20
|
Aċċess elettroniku dirett (L-Artikolu 4(1)(41) tad-Direttiva 2014/65/UE)
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|