|
+Artikolu 10 2. |
Artikolu 10 2.Kuntratt spot għall-finijiet tal-paragrafu 1 huwa kuntratt għall-iskambju ta' munita kontra munita oħra, li skont it-termini tiegħu, il-konsenja tkun skedata biex issir fl-itwal mill-perjodi li ġejjin:
(a)
Jumejn (2) ta' negozju fir-rigward ta' kwalunkwe par ta' muniti ewlenin stabbiliti fil-paragrafu 3;
(b)
għal kwalunkwe par muniti, fejn tal-inqas munita waħda mhijiex munita ewlenija, l-itwal mill-jumejn (2) ta' negozju jew il-perjodu ġeneralment aċċettat fis-suq għal dik il-komodità, assi jew dritt bħala l-perjodu standard ta' konsenja;
(c)
meta l-kuntratt għall-iskambju ta' dawk il-muniti jintuża għall-iskop ewlieni tal-bejgħ jew ix-xiri ta' titolu trasferibbli jew ta' unità f'intrapriża għal investiment kollettiv, il-perjodu ġeneralment aċċettat fis-suq għas-saldu ta' dik it-titolu trasferibbli jew ta' unità f'intrapriża għall-investiment kollettiv bħala l-perjodu standard ta' konsenja jew ħamest (5) ijiem ta' negozju, skont liema jkun l-iqsar. Madankollu, kuntratt ma jiġix ikkunsidrat bħala kuntratt spot jekk, irrispettivament mit-termini espliċiti tiegħu, ikun hemm arranġament bejn il-partijiet għall-kuntratt li l-konsenja tat-titolu sottostanti għandha tiġi posposta u m'għandhiex titwettaq fil-perjodu li jissemma' fl-ewwel sottoparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|