+Artikolu 10 Karatteristiċi ta' kuntratti derivattivi oħra relatati ma' muniti
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
|
Artikolu 10 Karatteristiċi ta' kuntratti derivattivi oħra relatati ma' muniti
Karatteristiċi ta' kuntratti derivattivi oħra relatati ma' muniti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Għall-finijiet tat-Taqsima C (4) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, kuntratti derivattivi oħrajn relatati ma' munita mhumiex strumenti finanzjarji meta l-kuntratt huwa wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
kuntratt spot skont it-tifsira tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu,
(b)
mezz ta' pagament li:
(i)
għandu jiġi fiżikament issaldat għal raġuni oħra għajr minħabba inadempjenza jew avveniment ieħor ta' tmiem;
(ii)
li għalih tidħol talinqas persuna li mhix kontraparti finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE)] Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
);
(iii)
li wieħed jidħol għalih sabiex jiffaċilita l-pagament għal oġġetti, servizzi jew investiment dirett,identifikabbli, kif ukoll
(iv)
mhuwiex innegozjat f'ċentru tan-negozjar
|
|
Artikolu 10 2.
|
Kuntratt spot għall-finijiet tal-paragrafu 1 huwa kuntratt għall-iskambju ta' munita kontra munita oħra, li skont it-termini tiegħu, il-konsenja tkun skedata biex issir fl-itwal mill-perjodi li ġejjin:
(a)
Jumejn (2) ta' negozju fir-rigward ta' kwalunkwe par ta' muniti ewlenin stabbiliti fil-paragrafu 3;
(b)
għal kwalunkwe par muniti, fejn tal-inqas munita waħda mhijiex munita ewlenija, l-itwal mill-jumejn (2) ta' negozju jew il-perjodu ġeneralment aċċettat fis-suq għal dik il-komodità, assi jew dritt bħala l-perjodu standard ta' konsenja;
(c)
meta l-kuntratt għall-iskambju ta' dawk il-muniti jintuża għall-iskop ewlieni tal-bejgħ jew ix-xiri ta' titolu trasferibbli jew ta' unità f'intrapriża għal investiment kollettiv, il-perjodu ġeneralment aċċettat fis-suq għas-saldu ta' dik it-titolu trasferibbli jew ta' unità f'intrapriża għall-investiment kollettiv bħala l-perjodu standard ta' konsenja jew ħamest (5) ijiem ta' negozju, skont liema jkun l-iqsar.
Madankollu, kuntratt ma jiġix ikkunsidrat bħala kuntratt spot jekk, irrispettivament mit-termini espliċiti tiegħu, ikun hemm arranġament bejn il-partijiet għall-kuntratt li l-konsenja tat-titolu sottostanti għandha tiġi posposta u m'għandhiex titwettaq fil-perjodu li jissemma' fl-ewwel sottoparagrafu.
|
|
Artikolu 10 3.
|
Il-muniti ewlenin għall-iskopijiet tal-paragrafu 2 għandhom jinkludu biss id-dollaru Amerikan, l-Euro, il-yen Ġappuniż, il-Lira sterlina, id-Dollaru Awstraljan, il-frank Svizzeru, id-dollaru ta' Hong Kong, il-krona Svediża, id-dollaru ta' New Zealand, id-dollaru ta' Singapore, il-krona Norveġiża, il-peso Messikan, il-kuna Kroata, il-lev, il-krona Ċeka, il-krona Daniża, il-forint, iż-złoty u l-leu Rumen.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 2, jum ta' negozju għandha tfisser kwalunkwe jum ta' negozju normali fil-ġuriżdizzjoni fejn jiġu skambjati skont il-kuntratt għall-iskambju ta' dawk il-muniti u fil-ġuriżdizzjoni ta' munita terza fejn kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:
(a)
l-iskambju ta' dawk il-muniti jinvolvi l-konverżjoni tagħhom permezz ta' dik il-munita terza għal skopijiet ta' likwidità;
(b)
il-perjodu standard ta' konsenja għall-iskambju ta' dawk il-muniti jagħmel referenza għall-ġuriżdizzjoni ta' dik il-munita terza.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|