+Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 12

Internalizzaturi sistematiċi għall-ishma, irċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn

(L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ditta tal-investimenti għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward ta' kull sehem, irċevuta depożitarja, fondi nnegozjati fil-borża (ETF), ċertifikazzjoni u kwalunkwe strument finanzjarju ieħor simili li jinternalizza skont il-kriterji li ġejjin:

(a) 

fuq bażi frekwenti u sistematika fl-istrument finanzjarju li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur:

(i) 

in-numru ta' tranżazzjonijiet OTC li jkunu twettqu minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent ikun daqs jew akbar minn 0,4 % tan-numru totali ta' tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju rilevanti eżegwit fl-Unjoni jew fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar jew OTC matul l-istess perjodu;

(ii) 

it-tranżazzjonijiet OTC imwettqa minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent fl-istrument finanzjarju rilevanti jsiru fuq medja ta' darba kuljum;

(b) 

fuq bażi frekwenti u sistematika fl-istrument finanzjarju li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur it-tranżazzjonijiet OTC li jkunu saru minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent isiru fuq medja ta' darba kuljum;

(c) 

fuq bażi sostanzjali fl-istrument finanzjarju fejn id-daqs ta' negozjar OTC imwettaq minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent huwa, matul l-aħħar sitt (6) xhur, daqs jew akbar minn:

(i) 

15 % tal-fatturat totali f'dak l-istrument finanzjarju eżegwit minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem il-klijenti u eżegwit f'ċentru tan-negozjar jew OTC;

(ii) 

0,4 % tal-fatturat totali f'dak l-istrument finanzjarju eżegwit fl-Unjoni f'ċentru tan-negozjar jew OTC.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.