|
+Artikolu 13 |
Artikolu 13Artikolu 13 Internalizzaturi sistematiċi għall-obbligazzjonijiet (L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE) Ditta tal-investiment għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tal-obbligazzjonijiet kollha li jappartjenu għal klassi ta' obbligazzjonijiet maħruġa mill-istess entità jew minn kwalunkwe entità fi ħdan l-istess grupp fejn, f'rabta ma' din l-obbligazzjoni, tinternalizza skont il-kriterji li ġejjin:
(a)
fuq bażi frekwenti u sistematika fl-obbligazzjoni li għaliha hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur:
(i)
in-numru ta' tranżazzjonijiet OTC li jkunu twettqu minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent ikun daqs jew akbar minn 2,5 % tan-numru totali ta' tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju rilevanti eżegwit fl-Unjoni jew fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar jew OTC matul l-istess perjodu;
(ii)
it-tranżazzjonijiet OTC imwettqa minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent fl-istrument finanzjarju rilevanti jsiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;
(b)
fuq bażi frekwenti u sistematika fl-obbligazzjoni li għaliha hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur it-tranżazzjonijiet OTC li jkunu saru minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent isiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;
(c)
fuq bażi sostanzjali fl-obbligazzjoni fejn id-daqs ta' negozjar OTC imwettaq minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent huwa, matul l-aħħar sitt (6) xhur, daqs jew akbar minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
25 % tal-fatturat totali f'dik l-obbligazzjoni eżegwita minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem il-klijenti u eżegwit f'ċentru tan-negozjar jew OTC;
(ii)
1 % tal-fatturat totali f'dik l-obbligazzjoni eżegwita fl-Unjoni f'ċentru tan-negozjar jew OTC. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|