|
+Artikolu 16 |
Artikolu 16Artikolu 16 Internalizzaturi sistematiċi għall-kwoti tal-emissjonijiet (L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE) Ditta tal-investiment għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tal-kwoti tal-emissjonijiet kollha fejn, f'rabta ma' dan l-istrument, tinternalizza skont il-kriterji li ġejjin:
(a)
fuq bażi frekwenti u sistematika fi kwota tal-emissjonijiet li għaliha hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur:
(i)
in-numru ta' tranżazzjonijiet OTC li jkunu twettqu minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent ikun daqs jew akbar minn 4 % tan-numru totali ta' tranżazzjonijiet fil-kwoti tal-emissjonijiet rilevanti eżegwit fl-Unjoni jew fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar jew OTC matul l-istess perjodu;
(ii)
it-tranżazzjonijiet OTC imwettqa minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent f'dan it-tip ta' kwoti tal-emissjonijiet jsiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;
(b)
fuq bażi frekwenti u sistematika fi kwota tal-emissjonijiet li għaliha hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur it-tranżazzjonijiet OTC li jkunu saru minnha f'isimha stess fil-klassi ta' derivattivi rilevanti meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent isiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;
(c)
fuq bażi sostanzjali fi kwota tal-emissjonijiet fejn id-daqs ta' negozjar OTC imwettaq minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent huwa, matul l-aħħar sitt (6) xhur, daqs jew akbar minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
30 % tal-fatturat totali fi kwota tal-emissjonijiet eżegwit minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem il-klijenti u eżegwit f'ċentru tan-negozjar jew OTC;
(ii)
2,25 % tal-fatturat totali f'dan it-tip ta' kwota tal-emissjonijiet eżegwit fl-Unjoni f'ċentru tan-negozjar jew OTC. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|