|
+Artikolu 22 3. |
Artikolu 22 3.Sabiex il-funzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafu 2 tkun tista' teżegwixxi r-responsabbiltajiet tagħha kif suppost u indipendentement, id-ditti ta' investiment għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-funzjoni ta' konformità jkollha l-awtorità, ir-riżorsi, il-kompetenza u l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa;
(b)
għandu jinħatar uffiċjal għall-kontroll tal-konformità u għandu jiġi sostitwit minn korp maniġerjali u għandu jkun responsabbli għall-funzjoni ta' kontroll ta' konformità u għal kull rappurtaġġ fejn tidħol il-konformità meħtieġa kif rikjest mid-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament;
(c)
il-funzjoni ta' konformità tirrapporta, fuq bażi ad-hoc, direttament lill-korp maniġerjali fejn tindika riskju sinifikanti ta' nuqqas mid-ditta li tikkonforma mal-obbligi tagħha skont id-Direttiva 2014/65/UE;
(d)
il-persuni rilevanti involuti fil-funzjoni għall-kontroll tal-konformità ma għandhomx ikunu involuti fil-forniment tas-servizzi jew tal-attivitajiet li huma inkarigati biex iwettqu l-monitoraġġ tagħhom;
(e)
il-metodu biex tkun determinata r-remunerazzjoni tal-persuni rilevanti involuti fil-funzjoni għall-kontroll tal-konformità ma għandux jikkomprometti l-oġġettività tagħhom u anqas ma għandu jkollu t-tendenza li jagħmel dan. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|