+Artikolu 22
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
|
Artikolu 22
Konformità (L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politiki u proċeduri adegwati maħsuba biex jittraċċjaw kull riskju ta' nuqqas mid-ditta li tikkonforma mal-obbligi tagħha skont id-Direttiva 2014/65/UE, kif ukoll ir-riskji assoċjati, u jqiegħdu fis-seħħ miżuri u proċeduri adegwati maħsuba biex jimminimizzaw dan ir-riskju u biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod effettiv taħt dik id-Direttiva. Id-ditti tal-investiment iqisu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tad-ditta, u n-natura u l-firxa ta' servizzi u attivitajiet tal-investiment li jidħlu għalihom matul dak in-negozju.
|
|
Artikolu 22 2.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu u jżommu funzjoni permanenti u effettiva tal-konformità li topera indipendentement u li jkollha r-responsabbilitajiet li ġejjin:
(a)
li jagħmlu monitoraġġ fuq bażi permanenti ta', u jivvalutaw fuq bażi regolari, l-adegwatezza u l-effikaċja tal-miżuri u tal-proċeduri fis-seħħ skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u tal-azzjonijiet meħuda biex ikunu indirizzati xi nuqqasijiet fil-konformità tad-ditta mal-obbligi tagħha;
(b)
li jagħtu konsulenza u jassistu lill-persuni rilevanti responsabbli biex iwettqu s-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment biex jikkonformaw mal-obbligi tad-ditta taħt id-Direttiva 2014/65/UE;
(c)
li jirrapportaw lill-korp maniġerjali, tal-inqas fuq bażi annwali, dwar l-implimentazzjoni u l-effettività tal-ambjent ġenerali tal-kontroll għas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment, dwar ir-riskji li ġew identifikati u dwar ir-rapportar fuq it-trattament tal-ilmenti kif ukoll ir-rimedji meħuda jew li għandhom jiġu meħuda;
(d)
li jimmonitorjaw l-operazzjonijiet tat-trattament tal-ilmenti u jikkunsidraw l-ilmenti bħala sors ta' informazzjoni rilevanti fil-kuntest tar-responsabbiltajiet ġenerali tal-monitoraġġ tagħhom.
Sabiex jikkonformaw mal-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu, il-funzjoni ta' konformità għandha tmexxi valutazzjoni abbażi ta' liema se jiġi stabbilit programm ta' monitoraġġ ibbażat fuq ir-riskju li jikkunsidra l-oqsma kollha tas-servizzi ta' investiment, l-attivitajiet u kwalunkwe servizz anċillarju tad-ditta tal-investimenti, inkluża l-informazzjoni rilevanti miġbura f'rabta mal-monitoraġġ tat-trattament tal-ilmenti. Il-programm ta' monitoraġġ għandu jistabbilixxi prijoritajiet determinati mill-valutazzjoni tar-riskju ta' konformità li jiżgura li r-riskju ta' konformità huwa kopert b'mod komprensiv.
|
|
Artikolu 22 3.
|
Sabiex il-funzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafu 2 tkun tista' teżegwixxi r-responsabbiltajiet tagħha kif suppost u indipendentement, id-ditti ta' investiment għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-funzjoni ta' konformità jkollha l-awtorità, ir-riżorsi, il-kompetenza u l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa;
(b)
għandu jinħatar uffiċjal għall-kontroll tal-konformità u għandu jiġi sostitwit minn korp maniġerjali u għandu jkun responsabbli għall-funzjoni ta' kontroll ta' konformità u għal kull rappurtaġġ fejn tidħol il-konformità meħtieġa kif rikjest mid-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament;
(c)
il-funzjoni ta' konformità tirrapporta, fuq bażi ad-hoc, direttament lill-korp maniġerjali fejn tindika riskju sinifikanti ta' nuqqas mid-ditta li tikkonforma mal-obbligi tagħha skont id-Direttiva 2014/65/UE;
(d)
il-persuni rilevanti involuti fil-funzjoni għall-kontroll tal-konformità ma għandhomx ikunu involuti fil-forniment tas-servizzi jew tal-attivitajiet li huma inkarigati biex iwettqu l-monitoraġġ tagħhom;
(e)
il-metodu biex tkun determinata r-remunerazzjoni tal-persuni rilevanti involuti fil-funzjoni għall-kontroll tal-konformità ma għandux jikkomprometti l-oġġettività tagħhom u anqas ma għandu jkollu t-tendenza li jagħmel dan.
|
|
Artikolu 22 4.
|
Ditta tal-investiment ma għandhiex tkun meħtieġa tikkonforma mal-punt (d) jew mal-punt (e) tal-paragrafu 3 jekk tista' turi li fejn jidħlu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha, u n-natura u l-firxa tas-servizzi u tal-attivitajiet tal-investiment, li l-obbligi skont il-punti (d) jew (e) mhumiex proporzjonati u l-funzjoni għall-kontroll tal-konformità tagħha tkompli tkun effettiva. F'dak il-każ, id-ditta tal-investiment għandha tivvaluta jekk l-effettività tal-funzjoni għall-kontroll tal-konformità ġietx kompromessa. Il-valutazzjoni għandha tiġi riveduta fuq bażi regolari.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|