|
+Artikolu 24 |
Artikolu 24Artikolu 24 Awditjar intern (L-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE) Id-ditti tal-investiment, meta xieraq u proporzjonat fid-dawl tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħhom u n-natura u l-firxa tas-servizzi u tal-attivitajiet tal-investiment eżegwiti matul dak in-negozju, jistabbilixxu u jżommu funzjoni ta' awditjar intern li hija separata u indipendenti mill-funzjonijiet u l-attivitajiet l-oħrajn tad-ditta tal-investimenti u li għandha r-responsabbiltajiet li ġejjin:
(a)
tistabbilixxi, timplimenta u żżomm pjan ta' verifika biex tikkontrolla u tivvaluta l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistemi, tal-mekkaniżmi u tal-arranġamenti ta' kontroll interni tad-ditta tal-investiment;
(b)
tifformula rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq ir-riżultat ta' xogħol imwettaq skont il-punt (a) u tivverifika l-konformità ma' dawk ir-rakkomandazzjonijiet;
(c)
tirrapporta fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw verifika interna skont l-Artikolu 25(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|