+Artikolu 25
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.

Artikolu 25

Ir-responsabbiltà tad-diriġenti prinċipali

(L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1.
Id-ditti tal-investiment, meta jallokaw funzjonijiet interni, jiżguraw li d-diriġenti prinċipali, u, meta xieraq, il-funzjoni ta' sorveljanza, huma responsabbli sabiex jiżguraw li d-ditta tikkonforma mal-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2014/65/UE. B'mod partikolari, id-diriġenti prinċipali u, meta xieraq, il-funzjoni ta' sorveljanza għandhom ikunu meħtieġa jivvalutaw u perjodikament jirrevedu l-effikaċja tal-politiki, tal-arrangamenti u tal-proċeduri mqiegħda fis-seħħ biex jikkonformaw mal-obbligi taħt id-Direttiva 2014/65/UE u jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw xi nuqqasijiet.

L-allokazzjoni ta' funzjonijiet sinifikanti fost id-diriġenti prinċipali għandha tistabbilixxi b'mod ċar min huwa responsabbli għall-kontroll u ż-żamma tar-rekwiżiti organizzazzjonali tad-ditta. Ir-rekords tal-allokazzjoni tal-funzjonijiet sinifikanti għandhom jinżammu aġġornati.

Artikolu 25 2.
Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li d-diriġenti prinċipali tagħhom jirċievu fuq bażi frekwenti, għallinqas darba fis-sena, rapporti bil-miktub dwar il-kwistjonijiet koperti mill-Artikoli 22, 23 u 24 li jindikaw b'mod partikolari jekk ikunux ittieħdu l-miżuri ta' rimedju xierqa fil-każ ta' xi nuqqasijiet.
Artikolu 25 3.
Id-ditti ta' investiment għandhom jiżguraw li fejn hemm funzjoni superviżorja, jirċievu rapporti bil-miktub dwar kwistjonijiet koperti mill-Artikoli 22, 23 u 24 fuq bażi regolari.
Artikolu 25 4.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “funzjoni ta' sorveljanza” tfisser il-funzjoni fi ħdan ditta tal-investiment responsabbli għas-sorveljanza tad-diriġenti prinċipali tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.