+Artikolu 27
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.

Artikolu 27

Politiki u prattiki ta' remunerazzjoni

(L-Artikoli 16, 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1.
Id-ditti tal-investiment għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw proċeduri u prattiki ta' remunerazzjoni skont proċeduri interni xierqa li jqisu l-interessi tal-klijenti kollha tad-ditta, bl-għan li jiġi żgurat li l-klijenti jiġu ttrattati b'mod ġust u li l-interessi tagħhom ma jiġux imfixkla mill-prattiki ta' remunerazzjoni adottati mid-ditta fuq żmien qasir, medju jew twil.

Il-politiki u l-prattiki ta' rimunerazzjoni għandhom jiġu mfassla b'tali mod li ma joħolqux kunflitt ta' interess jew inċentiv li jista' jwassal lill-persuni rilevanti sabiex jiffavorixxu l-interessi tagħhom stess jew tad-ditta għad-detriment potenzjali ta' kwalunkwe klijent.

Artikolu 27 2.
Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-politiki u l-prattiki ta' rimunerazzjoni tagħhom japplikaw għall-persuni kollha rilevanti b'impatt, dirett jew indirett, fuq is-servizzi tal-investiment u s-servizzi anċillari pprovduti mid-ditta tal-investiment jew fuq l-imġiba korporattiva tagħha, indipendentament mit-tip ta' klijenti, sal-punt li dawn il-persuni u inċentivi simili jistgħu joħolqu kunflitt ta' interess li jinkoraġġihom jaġixxu kontra l-interessi ta' kwalunkwe klijent tad-ditta.
Artikolu 27 3.
Il-korp tal-maniġment tad-ditta tal-investiment għandu japprova l-politika ta' remunerazzjoni wara li jkun ħa l-parir tal-funzjoni ta' konformità. Id-diriġenti prinċipali tad-ditta tal-investiment għandhom ikunu responsabbli mill-implimentazzjoni ta' kuljum tal-politika ta' remunerazzjoni u l-monitoraġġ tar-riskji ta' konformità relatati mal-politika.
Artikolu 27 4.
Ir-remunerazzjoni u inċentivi simili m'għandhomx ikunu biss jew predominantement ibbażati fuq il-kriterji kummerċjali kwantitattivi, u għandhom jikkunsidraw bis-sħiħ il-kriterji kwalitattivi xierqa li jirriflettu l-konformità mar-regolamenti applikabbli, it-trattament xieraq tal-klijenti u l-kwalità tas-servizzi pprovduti lill-klijenti.

Għandu jinżamm bilanċ bejn il-komponenti fissi u varjabbli tar-remunerazzjoni, sabiex l-istruttura tar-remunerazzjoni ma tiffavorixxix l-interessi tad-ditta tal-investiment jew tal-persuni rilevanti tagħha kontra l-interessi tal-klijenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.