|
+Artikolu 29 4. |
Artikolu 29 4.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw illi persuni rilevanti ma jiżvelawx, barra mill-kors normali tal-impieg jew tal-kuntratt għal servizzi tagħhom, informazzjoni jew opinjoni lil xi persuna oħra jekk il-persuna rilevanti tkun taf, jew b'mod raġjonevoli jmissha tkun taf, li bħala riżultat ta' dak l-iżvelar dik il-persuna l-oħra x'aktarx tieħu wieħed mill-passi li ġejjin:
(a)
tidħol fi tranżazzjoni fi strumenti finanzjarji li, jekk tkun tranżazzjoni personali tal-persuna rilevanti, kien tkun koperta mill-paragrafi 2 jew 3 jew mill-Artikolu 37(2)(a) jew (b) jew l-Artikolu 67(3);
(b)
tagħti konsulenza jew tinkoraġġixxi lil persuna oħra biex tidħol għal tali tranżazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|