+Artikolu 29
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.

Artikolu 29

Tranżazzjonijiet personali

(L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu arranġamenti adegwati li jimmiraw lejn il-prevenzjoni tal-attivitajiet stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 fil-każ ta' kull persuna rilevanti li tkun involuta f'attivitajiet li jistgħu jikkawżaw kunflitt ta' interess, jew li jkollha aċċess għal informazzjoni interna fis-sens tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 jew għal xi informazzjoni kunfidenzjali oħra li tirrelata għal klijenti jew tranżazzjonijiet ma' jew għal klijenti permezz ta' attività mwettqa minnha għan-nom tad-ditta
Artikolu 29 2.

Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-persuni rilevanti ma jidħlux fi tranżazzjoni personali li tissodisfa għall-inqas waħda mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

dik il-persuna tkun ipprojbita milli tinvolvi ruħha skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014

(b) 

hemm involut l-użu ħażin jew l-iżvelar mhux addattat ta' dik l-informazzjoni kunfidenzjali;

(c) 

jikkonfliġġi ma' jew x'aktarx jikkonfliġġi ma' obbligu tad-ditta tal-investiment taħt id-Direttiva 2014/65/UE

Artikolu 29 3.
Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-persuni rilevanti ma jagħtux konsulenza jew inkoraġġiment, f'kamp ta' applikazzjoni li ma jaqax fin-norma tal-impjieg tagħhom jew tal-kuntratt tas-servizzi tagħhom, lil xi persuna oħra biex tidħol fi tranżazzjoni fi strumenti finanzjarji li, jekk tkun tranżazzjoni personali tal-persuna rilevanti, kienet tkun koperta mill-paragrafu 2 jew mill-Artikolu 37(2)(a) jew (b) jew mill-Artikolu 67(3);
Artikolu 29 4.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw illi persuni rilevanti ma jiżvelawx, barra mill-kors normali tal-impieg jew tal-kuntratt għal servizzi tagħhom, informazzjoni jew opinjoni lil xi persuna oħra jekk il-persuna rilevanti tkun taf, jew b'mod raġjonevoli jmissha tkun taf, li bħala riżultat ta' dak l-iżvelar dik il-persuna l-oħra x'aktarx tieħu wieħed mill-passi li ġejjin:

(a) 

tidħol fi tranżazzjoni fi strumenti finanzjarji li, jekk tkun tranżazzjoni personali tal-persuna rilevanti, kien tkun koperta mill-paragrafi 2 jew 3 jew mill-Artikolu 37(2)(a) jew (b) jew l-Artikolu 67(3);

(b) 

tagħti konsulenza jew tinkoraġġixxi lil persuna oħra biex tidħol għal tali tranżazzjoni.

Artikolu 29 5.

L-arranġamenti meħtieġa skont il-paragrafu 1 għandhom b'mod partikolari jkunu mfassla biex jiżguraw li:

(a) 

kull persuna rilevanti koperta mill-paragrafi 1, 2, 3 u 4 tkun konxja mir-restrizzjonijiet fuq tranżazzjonijiet personali, u mill-miżuri stabbiliti mid-ditta tal-investiment fir-rigward ta' tranżazzjonijiet personali u l-iżvelar, skont il-paragrafi 1, 2, 3 u 4;

(b) 

id-ditta tkun infurmata malajr b'kull tranżazzjoni personali li tidħol għaliha persuna rilevanti, jew b'avviż ta' dik it-tranżazzjoni jew permezz ta' proċeduri oħra li jippermettu lid-ditta tidentifika tali tranżazzjoni;

(c) 

jinżamm rekord tat-tranżazzjoni personali nnotifikata lid-ditta jew identifikata minnha, inkluża kull awtorizzazzjoni jew projbizzjoni fir-rigward ta' tali tranżazzjoni.

Fil-każ ta' arranġamenti ta' esternalizzazzjoni, id-ditta tal-investiment għandha tiżgura li dik id-ditta li lilha hija esternalizzata l-attività żżomm rekord ta' tranżazzjonijiet personali li tidħol għalihom kull persuna rilevanti u tipprovdi dik l-informazzjoni lil ditta tal-investiment minnufih fuq talba.

Artikolu 29 6.

Il-paragrafi 1 sa 5 m'għandhomx japplikaw għat-tip ta' tranżazzjonijiet personali li ġejjin:

(a) 

tranżazzjonijiet personali realizzati fil-qafas ta' servizz ta' ġestjoni ta' portafoll b'diskrezjoni meta ma jkun hemm ebda komunikazzjoni preċedenti fir-rigward tat-tranżazzjoni bejn il-ġestitur tal-portafoll u l-persuna rilevanti jew il-persuna l-oħra li għaliha tkun eżegwita t-tranżazzjoni;

(b) 

tranżazzjonijiet personali f'impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) jew f'AIFs li jkunu soġġetti għal superviżjoni skont il-liġi ta' Stat Membru li titlob livell ekwivalenti ta' tifrix tar-riskji fl-assi tagħhom, fejn il-persuna rilevanti u kwalunkwe persuna oħra li f'isimha jiġu attwati t-tranżazzjonijiet ma jkunux involuti fil-immaniġġjar ta' dik l-impriża.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.