+Artikolu 31
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 5.

Artikolu 31

L-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet ta' ħidma kritiċi jew importanti

(L-Artikolu 16(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1.

Id-ditti tal-investiment li jesternalizzaw funzjonijiet ta' ħidma jew xi servizzi jew attivitajiet tal-investiment kritiċi jew importanti għandhom jibqgħu kompletament responsabbli biex jeżegwixxu l-obbligi kollha tagħhom taħt id-Direttiva 2014/65/UE u jikkonformaw, b'mod partikolari, mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-esternalizzazzjoni ma għandhiex tirriżulta fid-delega mid-diriġenza prinċipali tar-responsabbiltajiet tagħha;

(b) 

ir-relazzjoni u l-obbligi tad-ditta tal-investiment lejn il-klijenti tagħha skont it-termini tad-Direttiva 2014/65/UE ma għandhiex tkun modifikata;

(c) 

il-kundizzjonijiet li magħhom għandha tikkonforma ditta tal-investiment sabiex tkun awtorizzata skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/65/UE, u biex tibqa' hekk, ma jiġux affetwati b'mod negattiv;

(d) 

ebda waħda mill-kundizzjonijiet l-oħrajn li fuqhom kien soġġett l-għoti tal-awtorizzazzjoni tad-ditta ma għandha titneħħa jew tkun modifikata.

Artikolu 31 2.

Id-ditti tal-investiment għandhom jeżerċitaw il-kapaċità, l-attenzjoni u d-diliġenza dovuta meta jidħlu għal, jiġġestixxu jew iġibu fit-tmiem kull arranġament għall-esternalizzazzjoni lil fornitur tas-servizz ta' funzjonijiet kritiċi jew importanti u għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-fornitur tas-servizz għandu jkollu l-kompetenza, il-kapaċità, riżorsi suffiċjenti, struttura organizzattiva xierqa li tappoġġja l-prestazzjoni ta' funzjonijiet u kull awtorizzazzjoni meħtieġa bil-liġi biex iwettaq il-funzjonijiet b'mod affidabbli u professjonali;

(b) 

il-fornitur tas-servizz għandu jwettaq is-servizzi esternalizzati effettivament u f'konformità mal-liġi applikabbli u r-rekwiżiti regolatorji, u għal dan l-għan id-ditta għandha tistabbilixxi metodi biex tivvaluta l-istandard ta' rendiment tal-fornitur tas-servizz u biex tivvaluta, fuq bażi kontinwa, is-servizzi pprovduti mill-fornitur tas-servizz;

(c) 

il-fornitur tas-servizz għandu jissorvelja b'mod xieraq it-twettiq tal-funzjonijiet esternalizzati, u għandu jiġġestixxi b'mod adegwat ir-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni;

(d) 

għandha tittieħed azzjoni xierqa jekk ikun jidher li l-fornitur tas-servizz jista' ma jkunx qiegħed iwettaq il-funzjonijiet b'mod effettiv u f'konformità ma' liġijiet applikabbli u rekwiżiti regolatorji;

(e) 

id-ditta tal-investiment għandha żżomm il-kompetenza neċessarja biex tissorvelja funzjonijiet jew servizzi esternalizzati b'mod effettiv u biex tiġġestixxi r-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni u għal dan l-għan għandha tissorvelja dawk il-funzjonijiet esternalizzati b'mod effettiv u tiġġestixxi dawk ir-riskji;

(f) 

il-fornitur tas-servizz għandu jiżvela lid-ditta tal-investiment kull żvilupp li jista' jkollu impatt materjali fuq il-kapaċità tagħha li twettaq il-funzjonijiet esternalizzati b'mod effettiv u f'konformità mal-liġijiet applikabbli u mar-rekwiżiti regolatorji;

(g) 

id-ditta tal-investiment għandha tkun tista' ġġib fit-tmiem l-arranġament għall-esternalizzazzjoni meta jkun hemm bżonn, b'effett immedjat meta jkun fl-interess tal-klijenti tagħha, mingħajr ħsara għall-kontinwità u għall-kwalità tal-forniment ta' servizzi tagħha lil klijenti;

(h) 

il-fornitur tas-servizz għandu jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tad-ditta tal-investiment fir-rigward tal-funzjonijiet esternalizzati;

(i) 

id-ditta tal-investiment, l-awdituri u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħha għandu jkollhom aċċess effettiv għal data relatata mal-funzjonijiet esternalizzati, kif ukoll għall-post tan-negozju rilevanti tal-fornitur tas-servizz, meta jkun neċessarju għall-iskop ta' sorveljanza effettiva f'konformità ma' dan l-artikolu, u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkunu jistgħu jeżerċitaw dawn id-drittijiet ta' aċċess;

(j) 

il-fornitur tas-servizz għandu jipproteġi kull informazzjoni kunfidenzjali li tirrelata għad-ditta tal-investiment u għall-klijenti tagħha;

(k) 

id-ditta tal-investiment u l-fornitur tas-servizz għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu pjan ta' emerġenza għall-irkupru tas-sistema f'każ ta' diżastru u l-verifika perjodika ta' miżuri ta' sostenn, meta dan ikun neċessarju fir-rigward tal-funzjoni, is-servizz jew l-attività li tkun ġiet esternalizzata;

(l) 

id-ditta tal-investiment għandha tiżgura li l-kontinwità u l-kwalità tal-funzjonijiet jew servizzi esternalizzati jinżammu wkoll fil-każ ta' tmiem tal-esternalizzazzjoni jew billi tittrasferixxi l-funzjonijiet jew servizzi esternalizzati lil parti terza oħra jew billi twettaqhom hi stess;

Artikolu 31 3.
Id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-kumpaniji tal-investiment u tal-fornitur tas-servizz għandhom ikunu allokati b'mod ċar u stabbiliti fi ftehim bil-miktub. Partikolarment, id-ditta tal-investiment għandha tiżgura d-drittijiet tagħha ta' struzzjoni u terminazzjoni, id-drittijiet tagħha għall-informazzjoni, u d-dritt tagħha għall-ispezzjonijiet u aċċess għal kotba u l-bini. Il-ftehim għandu jiżgura li l-esternalizzazzjoni mill-fornitur tas-servizz isseħħ biss bil-kunsens, bil-kitba, tad-ditta tal-investiment.
Artikolu 31 4.
Meta d-ditta tal-investiment u l-fornitur tas-servizz ikunu membri tal-istess grupp, id-ditta tal-investiment tista', għall-finijiet ta' konformità ma' dan l-Artikolu u mal-Artikolu 32, tqis sa fejn il-kumpanija tikkontrolla lill-fornitur tas-servizz jew għandha l-kapaċità tinfluwenzah fl-azzjonijiet tiegħu.
Artikolu 31 5.
Id-ditti tal-investiment għandhom jagħmlu disponibbli fuq talba lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex l-awtorità tkun tista' tissorvelja l-konformità tal-funzjonijiet esternalizzati realizzati mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri implimentattivi tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.