|
+Artikolu 32 2. |
Artikolu 32 2.Il-ftehim ta' kooperazzjoni msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tad-ditta tal-investiment għandhom il-kapaċità, tal-inqas, li:
(a)
jiksbu, fuq talba, l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompiti superviżorji tagħhom skont id-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(b)
jiksbu aċċess għad-dokumenti rilevanti għat-twettiq tad-dmirijiet superviżorji tagħhom li jinżammu fil-pajjiż terz;
(c)
jirċievu informazzjoni mill-awtorità superviżorja fil-pajjiż terz kemm jista' jkun malajr għall-iskop li jiġi investigat ksur apparenti tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri implimentattivi tagħha u tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(d)
jikkooperaw fl-infurzar skont il-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli għall-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz u tal-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni fil-każijiet ta' ksur tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri implimentattivi tagħha u l-liġi nazzjonali rilevanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|