+Artikolu 32
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.

Artikolu 32

Il-fornituri tas-servizz stabbiliti f'pajjiżi terzi

(L-Artikolu 16(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 1.

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 31, meta ditta tal-investiment testernalizza funzjonijiet marbuta mas-servizz ta' investiment tal-ġestjoni tal-portafoll ipprovdut lill-klijenti mhux professjonali lil fornitur tas-servizz stabbilit f'pajjiż terz, dik id-ditta tal-investiment tiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-fornitur tas-servizz għandu jkun awtorizzat jew irreġistrat fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu biex jipprovdi dak is-servizz u għandu jkun sorveljat minn awtorità kompetenti f'dak il-pajjiż terz;

(b) 

għandu jkun hemm ftehim xieraq ta' kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti tad-ditta tal-investiment u l-awtorità ta' sorveljanza tal-fornitur tas-servizz.

Artikolu 32 2.

Il-ftehim ta' kooperazzjoni msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tad-ditta tal-investiment għandhom il-kapaċità, tal-inqas, li:

(a) 

jiksbu, fuq talba, l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompiti superviżorji tagħhom skont id-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b) 

jiksbu aċċess għad-dokumenti rilevanti għat-twettiq tad-dmirijiet superviżorji tagħhom li jinżammu fil-pajjiż terz;

(c) 

jirċievu informazzjoni mill-awtorità superviżorja fil-pajjiż terz kemm jista' jkun malajr għall-iskop li jiġi investigat ksur apparenti tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri implimentattivi tagħha u tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(d) 

jikkooperaw fl-infurzar skont il-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli għall-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz u tal-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni fil-każijiet ta' ksur tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri implimentattivi tagħha u l-liġi nazzjonali rilevanti.

Artikolu 32 3.
L-awtoritjiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom lista tal-awtoritajiet ta' sorveljanza f'pajjiżi terzi li magħhom għandhom ftehim ta' kooperazzjoni kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġornaw il-ftehimiet ta' kooperazzjoni konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fi żmien sitt (6) xhur minn dik id-data.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.