+Artikolu 34 4.

Artikolu 34 4.

Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-iżvelar lill-klijenti, skont l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, ikun miżura tal-aħħar istanza li għandha tintuża biss meta l-arranġamenti organizzazzjonali u amministrattivi stabbiliti mid-ditta tal-investiment biex jiġu evitati jew ġestiti l-kunflitti tal-interess f'konformità mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2014/65/UE ma jkunux suffiċjenti biex jiżguraw, b'fiduċja raġjonevoli, li r-riskji tal-ħsara għall-interessi tal-klijent se jiġu evitati.

L-iżvelar għandu jiddikjara b'mod ċar li l-arranġamenti organizzazzjonali u amministrattivi stabbiliti mid-ditta tal-investiment biex jevitaw jew jimmaniġġjaw dak il-kunflitt, mhumiex suffiċjenti biex jiġi żgurat, b'fiduċja raġjonevoli, li r-riskji tal-ħsara għall-interessi tal-klijent għandhom jiġu evitati. L-iżvelar għandu jinkludi deskrizzjoni speċifika tal-kunflitti ta' interess li jistgħu jirriżultaw fl-għoti ta' servizzi ta' investiment u/jew servizzi anċillarji, filwaqt li titqies in-natura tal-klijent li lilu jkun qed isir l-iżvelar. Id-deskrizzjoni għandha tispjega wkoll in-natura ġenerali u s-sorsi tal-kunflitti ta' interess, kif ukoll ir-riskji lill-klijent li jistgħu jirriżultaw b'riżultat tal-kunflitti ta' interess u l-passi meħuda biex jittaffew dawn ir-riskji, b'dettall suffiċjenti li jippermetti lil dak il-klijent jieħu deċiżjoni infurmata fir-rigward tas-servizz ta' investiment jew anċillari li fil-kuntest tiegħu jirriżulta l-kunflitt ta' interess.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.