+Artikolu 34
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.
---+Artikolu 34 4.
---+Artikolu 34 5.
|
Artikolu 34
Politika dwar il-kunflitti ta' interess (L-Artikoli 16(3) u 23 tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politika effettiva ta' kunflitti ta' interess stabbilita bil-miktub u addattata għad-daqs u għall-organizzazzjoni tal-kumpanija u għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha. Meta l-kumpanija tkun membru ta' grupp, il-politika għandha tqis ukoll kull ċirkostanza li tagħha l-kumpanija hi jew għandha tkun konxja, li tista' tikkawża kunflitt tal-interess li jirriżulta bħala riżultat tal-istruttura u l-attivitajiet kummerċjali ta' membri oħra tal-grupp.
|
|
Artikolu 34 2.
|
Il-politika tal-kunflitti ta' interess stabbilita skont il-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kontenut li ġej:
(a)
għandha tidentifika, b'referenza għas-servizzi u għall-attivitajiet speċifiċi tal-investiment u għas-servizzi anċillari mwettqa minn jew għan-nom tad-ditta tal-investiment, iċ-ċirkostanzi li jikkostitwixxu jew li jistgħu jikkawżaw kunflitt tal-interess li jinvolvi riskju materjali ta' ħsara għall-interessi ta' klijent wieħed jew iktar;
(b)
għandha tispeċifika proċeduri li għandhom ikunu segwiti u miżuri li għandhom jiġu adottati sabiex tiġġestixxi dawn il-kunflitti.
|
|
Artikolu 34 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri u l-miżuri previsti fil-paragrafu 2(b) huma maħsuba biex jiżguraw li persuni rilevanti involuti f'attivitajiet kummerċjali differenti li jinvolvu kunflitt ta' interess tat-tip speċifikat fil-paragrafu 2(a) jwettqu dawk l-attivitajiet f'livell ta' indipendenza adattat għad-daqs u għall-attivitajiet tad-ditta tal-investiment u tal-grupp li tappartjeni għalih, u għall-materjalità tar-riskju ta' ħsara għall-interessi tal-klijent. Għall-finijiet tal-paragrafu 2(b), il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti u l-miżuri li għandhom jiġu adottati għandhom jinkludu tal-inqas dawk il-punti minn dawn li ġejjin li huma neċessarji biex id-ditta tiżgura l-grad rekwiżit ta' indipendenza:
(a)
proċeduri effettivi biex jipprevjenu jew jikkontrollaw l-iskambju ta' informazzjoni bejn persuni rilevanti involuti f'attivitajiet li jinvolvu riskju ta' kunflitt tal-interessi meta l-iskambju ta' dik l-informazzjoni jista' jkun ta' ħsara għall-interessi ta' klijent wieħed jew iżjed;
(b)
is-sorveljanza separata ta' persuni rilevanti li l-funzjonijiet prinċipali tagħhom jinvolvu t-twettiq ta' attivitajiet għan-nom ta', jew il-forniment ta' servizzi lil klijenti li l-interessi tagħhom jistgħu jikkonfliġġu, jew li xort'oħra jirrappreżentaw interessi differenti li jistgħu jkunu ta' kunflitt, inklużi dawk tal-kumpanija;
(c)
it-tneħħija ta' kull rabta diretta bejn ir-rimunerazzjoni ta' persuni rilevanti involuti prinċipalment f'attività u r-rimunerazzjoni ta', jew id-dħul iġġenerat minn, persuni rilevanti differenti involuti prinċipalment f'attività oħra, fejn jista' jinħoloq kunflitt ta' interess marbut ma' dawk l-attivitajiet;
(d)
miżuri biex jipprevjenu jew jillimitaw lil xi persuna milli teżerċita influwenza mhux xierqa fuq il-mod li bih persuna rilevanti twettaq servizzi ta' investiment jew servizzi jew jew attivitajiet anċillari;
(e)
miżuri biex jipprevjenu jew jikkontrollaw l-involviment simultanju jew sekwenzjali ta' persuna rilevanti f'servizzi jew attivitajiet separati ta' investiment jew anċillari meta dak l-involviment jista' jkun ta' ħsara għall-ġestjoni tajba tal-kunflitti ta' interess.
|
|
Artikolu 34 4.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-iżvelar lill-klijenti, skont l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, ikun miżura tal-aħħar istanza li għandha tintuża biss meta l-arranġamenti organizzazzjonali u amministrattivi stabbiliti mid-ditta tal-investiment biex jiġu evitati jew ġestiti l-kunflitti tal-interess f'konformità mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2014/65/UE ma jkunux suffiċjenti biex jiżguraw, b'fiduċja raġjonevoli, li r-riskji tal-ħsara għall-interessi tal-klijent se jiġu evitati. L-iżvelar għandu jiddikjara b'mod ċar li l-arranġamenti organizzazzjonali u amministrattivi stabbiliti mid-ditta tal-investiment biex jevitaw jew jimmaniġġjaw dak il-kunflitt, mhumiex suffiċjenti biex jiġi żgurat, b'fiduċja raġjonevoli, li r-riskji tal-ħsara għall-interessi tal-klijent għandhom jiġu evitati. L-iżvelar għandu jinkludi deskrizzjoni speċifika tal-kunflitti ta' interess li jistgħu jirriżultaw fl-għoti ta' servizzi ta' investiment u/jew servizzi anċillarji, filwaqt li titqies in-natura tal-klijent li lilu jkun qed isir l-iżvelar. Id-deskrizzjoni għandha tispjega wkoll in-natura ġenerali u s-sorsi tal-kunflitti ta' interess, kif ukoll ir-riskji lill-klijent li jistgħu jirriżultaw b'riżultat tal-kunflitti ta' interess u l-passi meħuda biex jittaffew dawn ir-riskji, b'dettall suffiċjenti li jippermetti lil dak il-klijent jieħu deċiżjoni infurmata fir-rigward tas-servizz ta' investiment jew anċillari li fil-kuntest tiegħu jirriżulta l-kunflitt ta' interess.
|
|
Artikolu 34 5.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jivvalutaw u perjodikament jeżminaw, tal-inqas darba fis-sena, il-politika dwar il-kunflitti ta' interess stabbilita f'konformità mal-paragrafi 1 u 4 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas. Id-dipendenza żejda fuq l-iżvelar tal-kunflitti ta' interess għandha tiġi kkunsidrata bħala nuqqas fil-politika tal-kunflitti tal-interess tad-ditta tal-investiment.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|