+Artikolu 36
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
|
Artikolu 36
Ir-riċerka fl-investiment u komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni (L-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 1.
|
Għall-finijiet tal-Artikolu 37, “riċerka fl-investiment” għandha tkun riċerka jew informazzjoni oħra li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija tal-investiment, li espliċitament jew impliċitament, tikkonċerna strument finanzjarju wieħed jew diversi strumenti finanzjarji, jew lil dawk li joħorġu l-istrumenti finanzjarji, inkluża kull opinjoni fejn jidħol il-valur jew il-prezz preżenti jew fil-ġejjieni ta' dawn l-istrumenti, maħsuba għal kanali ta' distribuzzjoni jew għall-pubbliku, u li fir-rigward tagħhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ir-riċerka jew l-informazzjoni tkun maħsuba jew deskritta bħala riċerka fl-investiment jew f'termini simili, jew tkun xort'oħra ppreżentata bħala spjegazzjoni oġġettiva jew indipendenti tal-kwistjonijiet trattati fir-rakkomandazzjoni;
(b)
jekk ir-rakkomandazzjoni inkwistjoni tkun saret minn ditta tal-investiment lil klijent, din ma tikkostitwixxix konsulenza fis-suġġett tal-investiment għall-finijiet tad-Direttiva 2014/65/UE.
|
|
Artikolu 36 2.
|
Rakkomandazzjoni tat-tip koperta mill-punt (35) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 596/2014 li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandha tiġi trattata bħala komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni għall-finijiet tad-Direttiva 2014/65/UE u d-ditti tal-investiment li jipproduċu jew iqassmu r-rakkomandazzjoni għandhom jiżguraw li tiġi identifikata b'mod ċar bħala tali. Barra minn hekk, il-kumpaniji għandhom jiżguraw li kull rakkomandazzjoni ta' dan it-tip ikun fiha dikjarazzjoni ċara u prominenti li (jew, fil-każ ta' rakkomandazzjoni orali, dikjarazzjoni bl-istess effett) ma kinitx ippreparata skont ir-rekwiżiti legali maħsuba biex jippromwovu l-indipendenza tar-riċerka fl-investiment u li ma hi soġġetta għal ebda projbizzjoni fuq it-trattament bil-quddiem tat-tqassim tar-riċerka fl-investiment.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|