|
+Artikolu 36 1. |
Artikolu 36 1.Għall-finijiet tal-Artikolu 37, “riċerka fl-investiment” għandha tkun riċerka jew informazzjoni oħra li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija tal-investiment, li espliċitament jew impliċitament, tikkonċerna strument finanzjarju wieħed jew diversi strumenti finanzjarji, jew lil dawk li joħorġu l-istrumenti finanzjarji, inkluża kull opinjoni fejn jidħol il-valur jew il-prezz preżenti jew fil-ġejjieni ta' dawn l-istrumenti, maħsuba għal kanali ta' distribuzzjoni jew għall-pubbliku, u li fir-rigward tagħhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ir-riċerka jew l-informazzjoni tkun maħsuba jew deskritta bħala riċerka fl-investiment jew f'termini simili, jew tkun xort'oħra ppreżentata bħala spjegazzjoni oġġettiva jew indipendenti tal-kwistjonijiet trattati fir-rakkomandazzjoni;
(b)
jekk ir-rakkomandazzjoni inkwistjoni tkun saret minn ditta tal-investiment lil klijent, din ma tikkostitwixxix konsulenza fis-suġġett tal-investiment għall-finijiet tad-Direttiva 2014/65/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|