|
+Artikolu 39 1. |
Artikolu 39 1.Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom fis-seħħ sistemi, kontrolli u proċeduri biex jidentifikaw u jipprevjenu jew jimmaniġġjaw kunflitti ta' interess li jirriżultaw f'rabta mal-ipprezzar baxx jew eċċessiv jew l-involviment ta' partijiet rilevanti fil-proċess. B'mod partikolari, id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu, bħala rekwiżit minimu, arranġamenti interni biex jiżguraw dawn li ġejjin:
(a)
li l-ipprezzar tal-offerta ma jippromwovix l-interessi ta' klijenti oħrajn jew tal-kumpanija stess, b'mod li jistgħu jkunu ta' kunflitt mal-interessi tal-klijent tal-emittent; u
(b)
il-prevenzjoni jew ġestjoni ta' sitwazzjoni fejn il-persuni responsabbli għall-għoti tas-servizzi lill-klijenti tad-ditta tal-investiment huma direttament involuti fid-deċiżjonijiet dwar il-konsulenza finanzjarja korporattiva fuq l-ipprezzar lill-klijent tal-emittent. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|