+Artikolu 39
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.

Artikolu 39

Rekwiżiti addizzjonali relatati mal-ipprezzar tal-offerti relatati mal-ħruġ tal-istrumenti finanzjarji

(L-Artikoli 16(3), 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 39 1.

Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom fis-seħħ sistemi, kontrolli u proċeduri biex jidentifikaw u jipprevjenu jew jimmaniġġjaw kunflitti ta' interess li jirriżultaw f'rabta mal-ipprezzar baxx jew eċċessiv jew l-involviment ta' partijiet rilevanti fil-proċess. B'mod partikolari, id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu, bħala rekwiżit minimu, arranġamenti interni biex jiżguraw dawn li ġejjin:

(a) 

li l-ipprezzar tal-offerta ma jippromwovix l-interessi ta' klijenti oħrajn jew tal-kumpanija stess, b'mod li jistgħu jkunu ta' kunflitt mal-interessi tal-klijent tal-emittent; u

(b) 

il-prevenzjoni jew ġestjoni ta' sitwazzjoni fejn il-persuni responsabbli għall-għoti tas-servizzi lill-klijenti tad-ditta tal-investiment huma direttament involuti fid-deċiżjonijiet dwar il-konsulenza finanzjarja korporattiva fuq l-ipprezzar lill-klijent tal-emittent.

Artikolu 39 2.
Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijenti b'informazzjoni dwar kif tiġi determinata r-rakkomandazzjoni dwar il-prezz tal-offerta u ż-żmien involut. B'mod partikolari, il-kumpanija għandha tinforma u tinvolvi ruħha mal-klijent tal-emittent dwar kwalunkwe strateġija ta' ħħeġġjar jew stabilizzazzjoni li tixtieq twettaq fir-rigward tal-offerta, inkluż kif dawn l-istrateġiji jista' jkollhom impatt fuq l-interessi tal-klijenti tal-emittent. Matul il-proċess tal-offerta, il-kumpaniji għandhom ukoll jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex iżommu lill-klijent tal-emittent informat dwar l-iżviluppi fir-rigward tal-ipprezzar tal-offerta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.