|
+Artikolu 44 2. |
Artikolu 44 2.Id-ditta tal-investiment għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-informazzjoni għandha tinkludi isem id-ditta tal-investiment,
(b)
għandha tkun preċiża u tagħti dejjem indikazzjoni ġusta u prominenti ta' xi riskji rilevanti meta tagħmel referenza lejn il-benefiċċji potenzjali ta' servizz tal-investiment jew strument finanzjarju,
(c)
l-informazzjoni għandha tuża daqs tat-tipa fl-indikazzjoni tar-riskji rilevanti li hija tal-inqas daqs it-tipografija li tintuża fl-informazzjoni pprovduta, kif ukoll disinn li jiżgura li din l-indikazzjoni tkun prominenti,
(d)
l-informazzjoni għandha tkun suffiċjenti għal, u tkun ippreżentata b'mod li tinftiehem b'kull probabbiltà minn membru medju tal-grupp li lejh hi diretta, jew li x'aktarx jirċeviha,
(e)
l-informazzjoni m'għandhiex tgħatti, tnaqqas jew taħbi elementi, dikjarazzjonijiet jew twissijiet importanti,
(f)
l-informazzjoni hija konsistentement ippreżentata fl-istess lingwa fil-forom kollha tal-materjali ta' informazzjoni u kummerċjalizzazzjoni li jingħataw lil kull klijent, sakemm il-klijent ma jkunx aċċetta li jirċievi l-informazzjoni f'aktar minn lingwa waħda
(g)
l-informazzjoni hija aġġornata u rilevanti għall-mezzi ta' komunikazzjoni użati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|