+Artikolu 44
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.
---+Artikolu 44 3.
---+Artikolu 44 4.
---+Artikolu 44 5.
---+Artikolu 44 6.
---+Artikolu 44 7.
---+Artikolu 44 8.
|
Artikolu 44
Rekwiżiti ta' informazzjoni ġusta, ċara u mhux qarrieqa (L-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 44 1.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha li jindirizzaw lil, jew li jqassmu b'tali mod li x'aktarx tkun riċevuta minn klijenti mhux professjonali u professjonali jew minn klijenti mhux professjonali u professjonali potenzjali, inklużi komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni, tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8.
|
|
Artikolu 44 2.
|
Id-ditta tal-investiment għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-informazzjoni għandha tinkludi isem id-ditta tal-investiment,
(b)
għandha tkun preċiża u tagħti dejjem indikazzjoni ġusta u prominenti ta' xi riskji rilevanti meta tagħmel referenza lejn il-benefiċċji potenzjali ta' servizz tal-investiment jew strument finanzjarju,
(c)
l-informazzjoni għandha tuża daqs tat-tipa fl-indikazzjoni tar-riskji rilevanti li hija tal-inqas daqs it-tipografija li tintuża fl-informazzjoni pprovduta, kif ukoll disinn li jiżgura li din l-indikazzjoni tkun prominenti,
(d)
l-informazzjoni għandha tkun suffiċjenti għal, u tkun ippreżentata b'mod li tinftiehem b'kull probabbiltà minn membru medju tal-grupp li lejh hi diretta, jew li x'aktarx jirċeviha,
(e)
l-informazzjoni m'għandhiex tgħatti, tnaqqas jew taħbi elementi, dikjarazzjonijiet jew twissijiet importanti,
(f)
l-informazzjoni hija konsistentement ippreżentata fl-istess lingwa fil-forom kollha tal-materjali ta' informazzjoni u kummerċjalizzazzjoni li jingħataw lil kull klijent, sakemm il-klijent ma jkunx aċċetta li jirċievi l-informazzjoni f'aktar minn lingwa waħda
(g)
l-informazzjoni hija aġġornata u rilevanti għall-mezzi ta' komunikazzjoni użati.
|
|
Artikolu 44 3.
|
Meta l-informazzjoni tipparaguna servizzi tal-investiment jew anċillari, strumenti finanzjarji, jew persuni li jipprovdu servizzi ta' investiment jew anċillari, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a)
il-paragun huwa ta' sinfikat u jkun ippreżentat b'mod ġust u bilanċjat;
(b)
is-sorsi tal-informazzjoni użati għall-paragun huma speċifikati;
(c)
il-fatti u l-ipotesi prinċipali użati biex isir dan il-paragun huma inklużi.
|
|
Artikolu 44 4.
|
Meta l-informazzjoni jkun fiha indikazzjoni ta' riżultati fl-imgħoddi ta' strument finanzjarju, indiċi finanzjarju jew servizz tal-investiment, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
(a)
dik l-indikazzjoni mhijiex l-iktar element prominenti tal-komunikazzjoni;
(b)
l-informazzjoni għandha tinkludi informazzjoni xierqa dwar il-prestazzjoni li tkopri l-5 snin preċedenti, jew il-perjodu sħiħ li matulu kien offrut l-istrument finanzjarju, kien stabbilit l-indiċi finanzjarju, jew kien fornut is-servizz tal-investiment jekk inqas minn ħames (5) snin, jew għal perjodu itwal li l-kumpanija tista' tiddeċiedi fuqu, u f'kull każ dik l-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq perjodi kompleti ta' 12-il xahar;
(c)
il-perjodu ta' referenza u s-sors tal-informazzjoni huma ddikjarati b'mod ċar;
(d)
l-informazzjoni tinkludi fiha twissija prominenti li l-figuri jirreferu għall-imgħoddi u li riżultati fl-imgħoddi mhumiex garanzija għal riżultati fil-ġejjieni;
(e)
meta l-indikazzjoni tiddependi fuq figuri denominati f'munita ta' xort'oħra minn dik tal-Istat Membru li fih ikun residenti l-klijent mhux professjonali jew il-klijent potenzjali mhux professjonali, il-munita għandha tkun iddikjarata b'mod ċar, flimkien ma' twissija li r-rendiment jista' jiżdied jew jonqos b'riżultat ta' fluttwazzjoni fil-munita;
(f)
meta l-indikazzjoni tkun ibbażata fuq riżultati inġenerali, l-effett tal-kommissjonijiet, tat-tariffi jew ta' ħlasijiet oħra huwa żvelat.
|
|
Artikolu 44 5.
|
Meta l-informazzjoni tinkludi jew tirreferi għal simulazzjonijiet ta' riżultati fl-imgħoddi, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tkun tirrelata għal strument finanzjarju jew għal indiċi finanzjarju, u għandhom ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
riżultati simulati fl-imgħoddi huma bbażati fuq riżultati attwali fl-imgħoddi ta' strument finanzjarju jew indiċi finanzjarju wieħed jew iżjed li jkunu l-istess jew sostanzjalment l-istess bħal, jew fil-bażi tal-istrument finanzjarju kkonċernat;
(b)
fir-rigward ta' riżultati attwali fl-imgħoddi msemmija fil-punt (a), għandu jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c), (e) u (f) tal-paragrafu 4
(c)
l-informazzjoni tinkludi fiha twissija prominenti li l-figuri jirreferu għal riżultati simulati fl-imgħoddi u li riżultati fl-imgħoddi mhumiex garanzija affidabbli għal prestazzjoni fil-ġejjieni.
|
|
Artikolu 44 6.
|
Meta l-informazzjoni tinkludi fiha informazzjoni dwar riżultati fil-ġejjieni, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-informazzjoni mhijiex ibbażata fuq jew tirreferi għal riżultati simulati fl-imgħoddi;
(b)
l-informazzjoni hija bbażata fuq ipotesi raġjonevoli bis-sostenn ta' data oġġettiva;
(c)
meta l-informazzjoni tkun ibbażata fuq riżultati inġenerali, l-effett tal-kommissjonijiet, tat-tariffi jew ta' ħlasijiet oħra huwa żvelat;
(d)
l-informazzjoni hija bbażata fuq xenarji ta' prestazzjoni fil-kundizzjonijiet differenti tas-suq (kemm xenarji negattivi kif ukoll pożittivi) u tirrifletti n-natura u r-riskji ta' tipi speċifiċi ta' strumenti inklużi fl-analiżi;
(e)
l-informazzjoni tinkludi fiha twissija prominenti li dawn il-previżjonijiet mhumiex indikatur ta' garanzija għal riżultati fil-ġejjieni.
|
|
Artikolu 44 7.
|
Meta l-informazzjoni tirreferi għal trattament fiskali partikolari, għandha tiddikjara b'mod prominenti li t-trattament fiskali jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi individwali tal-klijent u jista' jkun soġġett għal bidla fil-ġejjieni.
|
|
Artikolu 44 8.
|
L-informazzjoni ma għandhiex tuża l-isem ta' xi awtorità kompetenti b'tali mod li tindika jew tissuġġerixxi approvazzjoni minn dik l-awtorità tal-prodotti jew tas-servizzi tad-ditta tal-investiment.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|