|
+Artikolu 44 4. |
Artikolu 44 4.Meta l-informazzjoni jkun fiha indikazzjoni ta' riżultati fl-imgħoddi ta' strument finanzjarju, indiċi finanzjarju jew servizz tal-investiment, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
(a)
dik l-indikazzjoni mhijiex l-iktar element prominenti tal-komunikazzjoni;
(b)
l-informazzjoni għandha tinkludi informazzjoni xierqa dwar il-prestazzjoni li tkopri l-5 snin preċedenti, jew il-perjodu sħiħ li matulu kien offrut l-istrument finanzjarju, kien stabbilit l-indiċi finanzjarju, jew kien fornut is-servizz tal-investiment jekk inqas minn ħames (5) snin, jew għal perjodu itwal li l-kumpanija tista' tiddeċiedi fuqu, u f'kull każ dik l-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq perjodi kompleti ta' 12-il xahar;
(c)
il-perjodu ta' referenza u s-sors tal-informazzjoni huma ddikjarati b'mod ċar;
(d)
l-informazzjoni tinkludi fiha twissija prominenti li l-figuri jirreferu għall-imgħoddi u li riżultati fl-imgħoddi mhumiex garanzija għal riżultati fil-ġejjieni;
(e)
meta l-indikazzjoni tiddependi fuq figuri denominati f'munita ta' xort'oħra minn dik tal-Istat Membru li fih ikun residenti l-klijent mhux professjonali jew il-klijent potenzjali mhux professjonali, il-munita għandha tkun iddikjarata b'mod ċar, flimkien ma' twissija li r-rendiment jista' jiżdied jew jonqos b'riżultat ta' fluttwazzjoni fil-munita;
(f)
meta l-indikazzjoni tkun ibbażata fuq riżultati inġenerali, l-effett tal-kommissjonijiet, tat-tariffi jew ta' ħlasijiet oħra huwa żvelat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|