|
+Artikolu 44 5. |
Artikolu 44 5.Meta l-informazzjoni tinkludi jew tirreferi għal simulazzjonijiet ta' riżultati fl-imgħoddi, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tkun tirrelata għal strument finanzjarju jew għal indiċi finanzjarju, u għandhom ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
riżultati simulati fl-imgħoddi huma bbażati fuq riżultati attwali fl-imgħoddi ta' strument finanzjarju jew indiċi finanzjarju wieħed jew iżjed li jkunu l-istess jew sostanzjalment l-istess bħal, jew fil-bażi tal-istrument finanzjarju kkonċernat;
(b)
fir-rigward ta' riżultati attwali fl-imgħoddi msemmija fil-punt (a), għandu jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c), (e) u (f) tal-paragrafu 4
(c)
l-informazzjoni tinkludi fiha twissija prominenti li l-figuri jirreferu għal riżultati simulati fl-imgħoddi u li riżultati fl-imgħoddi mhumiex garanzija affidabbli għal prestazzjoni fil-ġejjieni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|