+Artikolu 47
---+Artikolu 47 1.
---+Artikolu 47 2.
---+Artikolu 47 3.

Artikolu 47

Informazzjoni dwar id-ditta tal-investiment u s-servizzi tagħha għal klijenti u għal klijenti potenzjali

(L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 47 1.

Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lil klijenti mhux professjonali jew lil klijenti mhux professjonali potenzjali bl-informazzjoni ġenerali li ġejja, meta rilevanti:

(a) 

l-isem u l-indirizz tad-ditta tal-investiment, u d-dettalji ta' kuntatt neċessarji biex klijenti jkunu jistgħu jikkomunikaw mal-kumpanija b'mod effettiv;

(b) 

il-lingwi li bihom il-klijent jista' jikkomunika mad-ditta tal-investiment, u jirċievi dokumenti u informazzjoni oħra mill-kumpanija;

(c) 

il-metodi ta' komunikazzjoni li għandhom jintużaw bejn id-ditta tal-investiment u l-klijent li jinkludu, meta rilevanti, dawk biex jintbagħtu u jkunu riċevuti l-ordnijiet;

(d) 

dikjarazzjoni tal-fatt li d-ditta tal-investiment hi awtorizzata u l-isem u l-indirizz tal-kuntatt tal-awtorità kompetenti li tkun awtorizzatha;

(e) 

meta d-ditta tal-investiment tkun qiegħda taġixxi permezz ta' aġent kollegat, dikjarazzjoni ta' dan il-fatt li tispeċifika l-Istat Membru li fih dak l-aġent ikun irreġistrat;

(f) 

in-natura, il-frekwenza u ż-żmien tar-rapporti dwar il-forniment tas-servizz li d-ditta tal-investiment għandha tagħti lill-klijent skont l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(g) 

meta d-ditta tal-investiment ikollha strumenti finanzjarji jew fondi tal-klijenti, deskrizzjoni fil-qosor tal-passi li tieħu biex tiżgura l-protezzjoni tagħhom, inklużi dettalji fil-qosor ta' kull kumpens jew skema ta' garanzija ta' depożiti rilevanti għall-investitur li tapplika għall-kumpanija minħabba l-attivitajiet tagħha fi Stat Membru;

(h) 

deskrizzjoni, li tista' tingħata f'forma fil-qosor, tal-politika dwar il-kunflitti ta' interess li tħaddan il-kumpanija skont l-Artikolu 34;

(i) 

fuq talba tal-klijent, dettalji ulterjuri ta' dik il-politika dwar kunflitti ta' interess f'mezz permanenti jew permezz ta' sit web (meta dan ma jikkostitwixxix mezz permanenti) sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) huma ssodisfati.

L-informazzjoni elenkata fil-punti (a) sa (i) għandha tiġi pprovduta fi żmien tajjeb qabel l-għoti tas-servizzi tal-investiment jew tas-servizzi anċillari lil klijenti jew lil klijenti potenzjali.

Artikolu 47 2.
Meta jipprovdu s-servizz ta' ġestjoni tal-portafoll, id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu metodu xieraq ta' valutazzjoni u paragun bħal parametru ta' riferiment sinifikati, ibbażat fuq il-miri tal-investiment tal-klijent u fuq it-tipi ta' strumenti finanzjarji inklużi fil-portafoll tal-klijent, sabiex il-klijent li lilu jkun qed jingħata s-servizz ikun jista' jivvaluta l-eżekuzzjoni tal-kumpanija.
Artikolu 47 3.

Meta l-kumpaniji tal-investiment jipproponu li jipprovdu servizzi ta' ġestjoni tal-portafoll lil klijent jew lil klijent potenzjali, għandhom jipprovdu lill-klijent, minbarra bl-informazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu 1, bl-informazzjoni li ġejja kif applikabbli:

(a) 

informazzjoni dwar il-metodu u l-frekwenza ta' valutazzjoni tal-istrumenti finanzjarji fil-portafoll tal-klijent;

(b) 

dettalji ta' kull delegazzjoni tal-ġestjoni b'diskrezzjoni tal-istrumenti finanzjarji kollha jew parti minnhom jew tal-fondi fil-portafoll tal-klijent;

(c) 

speċifikazzjoni ta' kull parametru ta' riferiment li miegħu tkun ipparagunata l-prestazzjoni tal-portafoll tal-klijenti;

(d) 

it-tipi ta' strument finanzjarju li jistgħu jkunu inklużi fil-portafoll tal-klijenti u t-tipi ta' tranżazzjonijiet li jistgħu jitwettqu f'dawn l-istrumenti, inklużi limiti eventwali;

(e) 

il-miri tal-ġestjoni, il-livell ta' riskju li għandu jkun rifless fl-eżerċitar tad-diskrezzjoni tad-diriġent, u kull limitazzjoni speċifika fuq dik id-diskrezzjoni.

L-informazzjoni elenkata fil-punti (a) sa (e) għandha tiġi pprovduta fi żmien tajjeb qabel l-għoti tas-servizzi tal-investiment jew tas-servizzi anċillari lil klijenti jew lil klijenti potenzjali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.