|
+Artikolu 47 3. |
Artikolu 47 3.Meta l-kumpaniji tal-investiment jipproponu li jipprovdu servizzi ta' ġestjoni tal-portafoll lil klijent jew lil klijent potenzjali, għandhom jipprovdu lill-klijent, minbarra bl-informazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu 1, bl-informazzjoni li ġejja kif applikabbli:
(a)
informazzjoni dwar il-metodu u l-frekwenza ta' valutazzjoni tal-istrumenti finanzjarji fil-portafoll tal-klijent;
(b)
dettalji ta' kull delegazzjoni tal-ġestjoni b'diskrezzjoni tal-istrumenti finanzjarji kollha jew parti minnhom jew tal-fondi fil-portafoll tal-klijent;
(c)
speċifikazzjoni ta' kull parametru ta' riferiment li miegħu tkun ipparagunata l-prestazzjoni tal-portafoll tal-klijenti;
(d)
it-tipi ta' strument finanzjarju li jistgħu jkunu inklużi fil-portafoll tal-klijenti u t-tipi ta' tranżazzjonijiet li jistgħu jitwettqu f'dawn l-istrumenti, inklużi limiti eventwali;
(e)
il-miri tal-ġestjoni, il-livell ta' riskju li għandu jkun rifless fl-eżerċitar tad-diskrezzjoni tad-diriġent, u kull limitazzjoni speċifika fuq dik id-diskrezzjoni. L-informazzjoni elenkata fil-punti (a) sa (e) għandha tiġi pprovduta fi żmien tajjeb qabel l-għoti tas-servizzi tal-investiment jew tas-servizzi anċillari lil klijenti jew lil klijenti potenzjali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|