+Artikolu 48
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.
---+Artikolu 48 4.
---+Artikolu 48 5.
|
Artikolu 48
Informazzjoni dwar strumenti finanzjarji (L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48 1.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu fi żmien tajjeb qabel l-għoti tas-servizzi tal-investiment jew tas-servizzi anċillari lil klijenti jew lil klijenti potenzjali b'deskrizzjoni ġenerali tan-natura u tar-riskji ta' strumenti finanzjarji, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kategorizzazzjoni tal-klijenti jew bħala klijenti mhux professjonali, klijenti professjonali jew kontroparti eliġibbli. Dik id-deskrizzjoni għandha tispjega n-natura tat-tip speċifiku ta' strument ikkonċernat, il-funzjonament u l-prestazzjoni tal-istrument finanzjarju fil-kundizzjonijiet differenti tas-suq, inklużi l-kundizzjonijiet kemm pożittivi kif ukoll negattivi, kif ukoll ir-riskji partikolari għal dak it-tip speċifiku ta' strument f'dettall suffiċjenti sabiex il-klijent ikun jista' jieħu deċiżjonijiet tal-investiment fuq bażi infurmata.
|
|
Artikolu 48 2.
|
Id-deskrizzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi, meta rilevanti għat-tip speċifiku ta' strument ikkonċernat u l-istatus u l-livell ta' tagħrif tal-klijent, l-elementi li ġejjin:
(a)
ir-riskji assoċjati ma' dak it-tip ta' strument finanzjarju inkluża spjegazzjoni tal-istimolu u l-effetti tiegħu u r-riskji li jintilef l-investiment kollu inkluż ir-riskji assoċjati mal-insolvenza tal-emittent jew avveniment relatati, bħal bail in;
(b)
il-volatilità tal-prezz ta' dawn l-istrumenti u kull limitazzjoni fis-suq disponibbli għal dawn l-istrumenti;
(c)
informazzjoni dwar impedenti jew restrizzjonijiet għad-diżinvestiment, pereżempju kif jista' jkun il-każ ta' strumenti finanzjarji mhux likwidi jew strumenti finanzjarji b'terminu ta' investiment fiss, inkluża turija ta' metodi possibbli ta' ħruġ u l-konsegwenzi ta' kwalunkwe ħruġ, restrizzjonijiet possibbli u l-iskala taż-żmien stmata għall-bejgħ ta' strument finanzjarju qabel l-irkupru tal-ispejjeż inizjali ta' tranżazzjoni f'dak it-tip ta' strumenti finanzjarji;
(d)
il-fatt li investitur jista' jassumi, bħala riżultat ta' tranżazzjonijiet f'dawn l-istrumenti, impenni finanzjarji u obbligi addizzjonali oħra, inklużi responsabbiltajiet kontinġenti, addizzjonali għall-ispiża biex jinkisbu l-istrumenti;
(e)
kull eżiġenza ta' marġini jew obbligi simili, applikabbli għal strumenti ta' dak it-tip.
|
|
Artikolu 48 3.
|
Meta ditta tal-investiment tipprovdi lil klijent mhux professjonali jew lil klijent mhux professjonali potenzjali b'informazzjoni dwar strument finanzjarju li jkun is-suġġett ta' offerta lill-pubbliku u jkun ġie ppubblikat prospett f'konnessjoni ma' dik l-offerta skont id-Direttiva 2003/71/KE, dik id-ditta għandha, fi żmien tajjeb qabel l-għoti tas-servizzi tal-investiment jew tas-servizzi anċillari lil klijenti jew lil klijenti, tinforma lil klijent jew lil klijent potenzjali meta dak il-prospett ikun magħmul disponibbli għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 48 4.
|
Meta strument finanzjarju jkun kompost minn żewġ strumenti jew servizzi finanzjarji jew iżjed, id-ditta tal-investiment għandha tipprovdi deskrizzjoni adegwata tan-natura legali tal-istrument, tal-komponenti ta' dak l-istrument u tal-mod li bih l-interazzjoni bejn il-komponenti taffettwa r-riskji tal-investiment.
|
|
Artikolu 48 5.
|
Fil-każ ta' strumenti finanzjarji li jinkorporaw garanzija jew protezzjoni tal-kapital, id-ditta tal-investiment għandha tipprovdi lil klijent jew klijent potenzjali b'informazzjoni dwar l-kamp ta' applikazzjoni u n-natura ta' din il-garanzija jew protezzjoni tal-kapital. Meta garanzija tiġi pprovduta minn parti terza, l-informazzjoni dwar il-garanzija għandha tinkludi dettall suffiċjenti dwar il-garanti u l-garanzija biex tippermetti lill-klijent jew lill-klijent potenzjali biex jagħmel valutazzjoni ġusta tal-garanzija.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|