+Artikolu 49
---+Artikolu 49 1.
---+Artikolu 49 2.
---+Artikolu 49 3.
---+Artikolu 49 4.
---+Artikolu 49 5.
---+Artikolu 49 6.
---+Artikolu 49 7.
|
Artikolu 49
Rekwiżiti ta' informazzjoni li jikkonċernaw is-salvagwardja ta' strumenti finanzjarji tal-klijenti jew tal-fondi tal-klijenti (L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 49 1.
|
Id-ditti tal-investiment li jżommu strumenti finanzjarji jew fondi li jappartjenu għall-klijenti għandhom jipprovdu lil dawk il-klijenti jew il-klijenti potenzjali bl-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi 2 sa 7 meta jkun rilevanti.
|
|
Artikolu 49 2.
|
Id-ditta tal-investiment għandha tinforma lill-klijent jew lill-klijent potenzjali jekk l-istrumenti finanzjarji jew il-fondi ta' dak il-klijent jistgħux jinżammu minn parti terza għan-nom tad-ditta tal-investiment u bir-responsabbiltà tad-ditta tal-investiment taħt il-liġi nazzjonali applikabbli għal xi atti jew ommissjonijiet tal-parti terza u l-konsegwenzi għall-klijent fil-każ li l-parti terza tirriżulta insolventi.
|
|
Artikolu 49 3.
|
Meta strumenti finanzjarji tal-klijent jew tal-klijent potenzjali jistgħu, jekk jitħallew mil-liġi nazzjonali, jinżammu f'kont omnibus minn parti terza, id-ditta tal-investiment għandha tinforma lill-klijent b'dan il-fatt u għandha tipprovdi twissija prominenti tar-riskji li jirriżultaw.
|
|
Artikolu 49 4.
|
Id-ditta tal-investiment għandha tinforma lill-klijent jew lill-klijent potenzjali meta ma jkunx possibbli taħt il-liġi nazzjonali li strumenti finanzjarji tal-klijenti miżmuma minn parti terza jkunu separatament identifikabbli mill-istrumenti finanzjarji ta' proprjetà ta' dik il-parti terza jew tad-ditta tal-investiment u għandha tipprovdi twissija prominenti tar-riskji li jirriżultaw.
|
|
Artikolu 49 5.
|
Id-ditta tal-investiment għandha tinforma lill-klijent jew lill-klijent potenzjali meta kontijiet li jkun fihom strumenti finanzjarji jew fondi li jappartjenu għal dak il-klijent jew għal dak il-klijent potenzjali jkunu jew ikunu ser jiġu soġġetti għal-liġi ta' pajjiż ieħor ta' xort'oħra minn dik tal-Istat Membru u għandha tindika li d-drittijiet tal-klijent jew tal-klijent potenzjali li jirrelataw għal dawk l-istrumenti finanzjarji jew għall-fondi jistgħu jvarjaw b'mod konsiderevoli.
|
|
Artikolu 49 6.
|
Ditta tal-investiment għandha tinforma lill-klijent bl-eżistenza u bit-termini ta' kull garanzija jew privileġġ li l-kumpanija jkollha jew jista' jkollha fl-istrumenti finanzjarji jew fil-fondi ta' klijenti, jew drittijiet eventwali ta' kumpens li jkollha fir-rigward ta' dawk il-fondi jew strumenti. Meta applikabbli, għandha tinforma wkoll lill-klijent bil-fatt li depożitarju jista' jkollu dritt ta' garanzija jew privileġġ jew dritt ta' kumpens fejn jidħlu dawk l-istrumenti jew fondi.
|
|
Artikolu 49 7.
|
Ditta tal-investiment, qabel ma tidħol għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli fejn jidħlu strumenti finanzjarji miżmuma minnha għan-nom ta' klijent, jew qabel ma tuża dawk l-istrumenti finanzjarji xort'oħra akkont proprju jew akkont ta' klijent ieħor, għandha fi żmien tajjeb qabel l-użu ta' dawk l-istrumenti tipprovdi lill-klijent mhux professjonali, f'mezz permanenti, b'informazzjoni ċara, sħiħa u preċiża dwar l-obbligi u r-responsabbiltajiet tad-ditta tal-investiment fir-rigward tal-użu ta' dawk l-istrumenti finanzjarji, inklużi t-termini għar-restituzzjoni tagħhom, u dwar ir-riskji involuti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|