+Artikolu 50
---+Artikolu 50 1.
---+Artikolu 50 2.
---+Artikolu 50 3.
---+Artikolu 50 4.
---+Artikolu 50 5.
---+Artikolu 50 6.
---+Artikolu 50 7.
---+Artikolu 50 8.
---+Artikolu 50 9.
---+Artikolu 50 10.

Artikolu 50

Informazzjoni dwar spejjeż u ħlasijiet assoċjati

(L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 50 1.
Għall-iskopijiet li tiġi pprovduta l-informazzjoni lill-klijenti dwar l-ispejjeż u t-tariffi kollha skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditti tal-investiment għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti dettaljati fil-paragrafi 2 sa 10.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditti tal-investiment li jipprovdu servizzi tal-investimenti lil klijenti professjonali għandhom id-dritt jaqblu fuq applikazzjoni limitata tar-rekwiżiti dettaljati stabbiliti f'dan l-Artikolu ma' dawn il-klijenti. Id-ditti tal-investiment m'għandhomx jitħallew jaqblu ma' dawn il-limitazzjonijiet meta s-servizzi ta' konsulenza fl-investimenti jew ġestjoni tal-portafoll huma pprovduti jew meta, irrispettivament mill-investiment jew is-servizzi pprovduti, l-istrumenti finanzjarji kkonċernati jintegraw derivattiv.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditti tal-investiment li jipprovdu servizzi ta' investiment lill-kontropartijiet eliġibbli għandhom id-dritt jaqblu fuq applikazzjoni limitata tar-rekwiżiti dettaljati stipulati f'dan l-Artikolu ħlief meta, irrispettivament mis-servizz ta' investiment ipprovdut, l-istrumenti finanzjarji kkonċernati jintegraw derivattiv u l-kontroparti eliġibbli għandha l-intenzjoni toffrihom lill-klijenti tagħha.

Artikolu 50 2.

Għall-iżvelar “ex-ante” u “ex-post” tal-informazzjoni dwar l-ispejjeż u t-tariffi lill-klijenti, id-ditti tal-investiment għandhom jaggregaw dan li ġej:

(a) 

l-ispejjeż kollha u t-tariffi assoċjati imposti mid-ditta tal-investiment jew partijiet oħrajn fejn il-klijent ikun ġie dirett lejn dawn il-partijiet, għas-servizzi ta' investiment u/jew servizzi anċillari pprovduti lill-klijent; u

(b) 

l-ispejjeż kollha u l-imposti assoċjati marbuta mal-manifattura u l-ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji.

L-ispejjeż imsemmija fil-punti (a) u (b) huma elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. Għall-iskopijiet tal-punt (a) il-pagamenti minn partijiet terzi li jkunu ġew irċevuti mill-kumpaniji tal-investiment f'rabta mas-servizz tal-investiment fornut lil klijent għandhom jiġu elenkati separatament u l-ispejjeż u t-tariffi aggregati għandhom jingħaddu flimkien u jiġu espressi kemm bħala ammont f'kontanti kif ukoll bħala perċentwal.

Artikolu 50 3.
Meta xi parti mill-ispejjeż u t-tariffi totali għandha titħallas fi jew tirrappreżenta ammont ta' munita barranija, id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu indikazzjoni tal-munita involuta u r-rati u l-ispejjeż ta' konverżjoni applikabbli ta' dik il-munita; Id-ditti tal-investiment għandhom jinfurmaw ukoll dwar l-arranġamenti għall-ħlas jew prestazzjoni oħra.
Artikolu 50 4.
Fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-ispejjeż tal-prodotti u l-ispejjeż li mhumiex inklużi fl-UCITS KIID, id-ditti tal-investiment għandhom jikkalkulaw u jiżvelaw dawn l-ispejjeż, pereżempju, billi jiksbu l-informazzjoni rilevanti mill-kumpaniji ta' ġestjoni tal-UCITS.
Artikolu 50 5.

L-obbligu li jiġi pprovdut fi żmien tajjeb żvelar sħiħ ex-ante tal-informazzjoni dwar l-ispejjeż aggregati u t-tariffi relatati mal-istrument finanzjarju u l-investiment jew servizzi anċillarji pprovduti għandu japplika għad-ditti tal-investiment fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

meta d-ditta tal-investiment tirrakkomanda jew tikkumerċjalizza strumenti finanzjarji lill-klijenti; jew

(b) 

meta d-ditta tal-investiment li tipprovdi servizzi ta' investiment tkun meħtieġa tipprovdi lill-klijenti b'UCITS KIID jew PRIIPs KID f'rabta mal-istrumenti rilevanti finanzjarji, f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 50 6.
Id-ditti tal-investiment li ma jirrakkomandawx jew ma jikkumerċjalizzawx strument finanzjarju lill-klijent jew li mhumiex obbligati li jipprovdu lill-klijent b'KID/KIID skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom dwar l-ispejjeż u l-imposti kollha fir-rigward tal-investiment u/jew servizzi anċillari pprovduti.
Artikolu 50 7.
Fejn aktar minn ditta tal-investiment waħda tipprovdi l-investiment jew servizzi anċillari lill-klijent, kull ditta tal-investiment għandha tipprovdi l-informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-investiment jew servizzi anċillari li tipprovdi. Ditta tal-investiment li tirrakkomanda jew tikkummerċjalizza s-servizzi pprovduti minn ditta oħra lill-klijenti tagħha, għandha taggrega l-ispiża u l-imposti tas-servizzi tagħha flimkien mal-ispiża u l-imposti tas-servizzi pprovduti mid-ditta l-oħra. Ditta tal-investiment għandha tqis l-ispejjeż u l-imposti assoċjati mad-dispożizzjoni ta' investiment jew servizzi anċillari minn ditti oħrajn fejn idderiġiet il-klijent lejn dawn id-ditti l-oħrajn.
Artikolu 50 8.
Meta jikkalkolaw l-ispejjeż u l-imposti fuq bażi ex-ante, id-ditti tal-investiment għandhom jużaw spejjeż li twettqu attwalment bħala indikaturi għall-ispejjeż u l-imposti mistennija. Fejn spejjeż attwali mhumiex disponibbli, id-ditta tal-investiment għandha tagħmel stimi raġonevoli ta' dawn l-ispejjeż. Id-ditti tal-investiment għandhom jagħmlu reviżjoni ta' assunzjonijiet ex-ante abbażi tal-esperjenza ex-post u għandhom jagħmlu aġġustament għal dawn l-assunzjonijiet, fejn meħtieġ.
Artikolu 50 9.
Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu informazzjoni ex-post annwali dwar l-ispejjeż u l-imposti fir-rigward ta' kemm l-istument(i) finanzjarju(i) u investiment kif ukoll is-servizz(i) anċillarju(i) fejn huma rrakkomandaw jew ikkumerċjalizzaw l-istrument(i) finanzjarju(i) jew fejn ipprovdew lill-klijent bil-KID/KIID fir-rigward tal-istrument(i) finanzjarju(i) u li għandhom jew kellhom relazzjoni li għadha għaddejja mal-klijent matul is-sena. Informazzjoni bħal din għandha tkun abbażi tal-ispejjeż imġarrba u għandha tkun ipprovduta fuq bażi personalizzata.

Id-ditti tal-investiment jistgħu jagħżlu li jipprovdu informazzjoni aggregata bħal din dwar l-ispejjeż u l-imposti tas-servizzi tal-investiment u l-istrumenti finanzjarji flimkien ma' kwalunkwe rapportar perjodiku eżistenti lill-klijenti.

Artikolu 50 10.

Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijenti tagħhom bi stampa li turi l-effett kumulattiv tal-ispejjeż fuq ir-redditu meta jipprovdu servizzi tal-investiment. Stampa bħal din għandha tkun ipprovduta fuq bażi ex-ante u ex-post. Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-istampa tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-istampa turi l-effett tal-ispejjeż u l-imposti globali fuq ir-redditu tal-investiment;

(b) 

l-istampa turi kull żieda drastika jew ċaqlieqa fil-prezzijiet; u

(c) 

l-istampa hija akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-illustrazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.