|
+Artikolu 53 3. |
Artikolu 53 3.Ditta tal-investiment li toffri konsulenza dwar l-investiment kemm fuq bażi indipendenti kif ukoll fuq bażi mhux indipendenti għandha tkun konformi mal-obbligi li ġejjin:
(a)
fi żmien tajjeb qabel l-għoti tas-servizzi tagħha, id-ditta tal-investiment tkun infurmat lill-klijenti tagħha, b'mezz li jibqa', jekk il-konsulenza ser tkun indipendenti jew mhux indipendenti skont l-Artikolu 24(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri rilevanti ta' implimentazzjoni;
(b)
id-ditta tal-investiment ippreżentat lilha nnifisha bħala indipendenti għas-servizzi li għalihom tipprovdi konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti;
(c)
id-ditti tal-investiment għandhom rekwiżiti organizzazzjonali adegwati u kontrolli fis-seħħ sabiex jiżguraw li ż-żewġ tipi ta' servizzi ta' konsulenza u konsulenti huma separati b'mod ċar minn xulxin u li l-klijenti mhumiex mistennija li jitħawwdu dwar it-tip ta' konsulenza li jkunu qegħdin jirċievu u jingħataw it-tip ta' konsulenza li hija adegwata għalihom. Id-ditta tal-investiment ma għandhiex tippermetti persuna fiżika milli tipprovdi kemm konsulenza indipendenti kif ukoll mhux indipendenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|