+Artikolu 53
---+Artikolu 53 1.
---+Artikolu 53 2.
---+Artikolu 53 3.

Artikolu 53

Konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti

(L-Artikolu 24(4) u 24(7) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 53 1.

Id-ditti tal-investiment li jipprovdu konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw proċess tal-għażla sabiex jivvalutaw u jqabblu firxa suffiċjenti ta' strumenti finanzjarji disponibbli fuq is-suq skont l-Artikolu 24(7)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE. Il-proċess tal-għażla għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) 

in-numru u l-varjetà ta' strumenti finanzjarji meqjusa huma proporzjonati għall-kamp tal-applikazzjoni tas-servizzi ta' konsulenza dwar l-investimenti offruti mill-konsulent indipendenti dwar l-investiment;

(b) 

in-numru u l-varjetà ta' strumenti finanzjarji meqjusa huma rappreżentattivi b'mod adegwat tal-istrumenti finanzjarji disponibbli fuq is-suq;

(c) 

il-kwalità tal-istrumenti finanzjarji maħruġa mid-ditta tal-investiment stess jew minn entitajiet marbuta mill-qrib mad-ditta tal-investiment stess hija proporzjonata mal-ammont totali ta' strumenti finanzjarji meqjusa; u

(d) 

il-kriterji għall-għażla tad-diversi strumenti finanzjarji għandhom jinkludu l-aspetti rilevanti kollha bħar-riskji, l-ispejjeż u ll-kumplessità kif ukoll il-karatteristiċi tal-klijenti tad-ditta tal-investiment, u għandhom jiżguraw li l-għażla tal-istrumenti li jistgħu jiġu rrakkomandati mhijiex preġudikata.

Fejn tqabbil bħal dan mhuwiex possibbli minħabba l-mudell tan-negozju jew il-kamp tal-applikazzjoni speċifiku tas-servizz ipprovdut, id-ditta tal-investiment li tipprovdi l-konsulenza dwar l-investiment ma għandhiex tippreżenta lilha nnifisiha bħala indipendenti.

Artikolu 53 2.

Id-ditta tal-investiment li tipprovdi konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti u li tiffoka fuq ċerti kategoriji jew firxa speċifika ta' strumenti finanzjarji għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

id-ditta għandha tikkumerċjalizza lilha nnifisha b'mod li hija intiża biss sabiex tattira klijenti bi preferenza għal dawk il-kategoriji jew firxa ta' strumenti finanzjarji;

(b) 

id-ditta għandha titlob lill-klijenti sabiex jindikaw li huma biss interessati li jinvestu fil-kategorija speċifika jew firxa ta' ta' strumenti finanzjarji; u

(c) 

qabel l-għoti tas-servizz, id-ditta għandha tiżgura li s-servizz tagħha huwa adegwat għal kull klijent ġdid fuq il-bażi li l-mudell tan-negozju tagħha jaqbel mal-bżonnijiet u l-għanijiet tal-klijent, u l-firxa ta' strumenti finanzjarji li huma adegwati għall-klijent. Fejn dan mhuwiex il-każ id-ditta ma għandhiex tipprovdi servizz bħal dan lill-klijent.

Artikolu 53 3.

Ditta tal-investiment li toffri konsulenza dwar l-investiment kemm fuq bażi indipendenti kif ukoll fuq bażi mhux indipendenti għandha tkun konformi mal-obbligi li ġejjin:

(a) 

fi żmien tajjeb qabel l-għoti tas-servizzi tagħha, id-ditta tal-investiment tkun infurmat lill-klijenti tagħha, b'mezz li jibqa', jekk il-konsulenza ser tkun indipendenti jew mhux indipendenti skont l-Artikolu 24(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri rilevanti ta' implimentazzjoni;

(b) 

id-ditta tal-investiment ippreżentat lilha nnifisha bħala indipendenti għas-servizzi li għalihom tipprovdi konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti;

(c) 

id-ditti tal-investiment għandhom rekwiżiti organizzazzjonali adegwati u kontrolli fis-seħħ sabiex jiżguraw li ż-żewġ tipi ta' servizzi ta' konsulenza u konsulenti huma separati b'mod ċar minn xulxin u li l-klijenti mhumiex mistennija li jitħawwdu dwar it-tip ta' konsulenza li jkunu qegħdin jirċievu u jingħataw it-tip ta' konsulenza li hija adegwata għalihom. Id-ditta tal-investiment ma għandhiex tippermetti persuna fiżika milli tipprovdi kemm konsulenza indipendenti kif ukoll mhux indipendenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.