|
+Artikolu 54 7. |
Artikolu 54 7.Id-ditti tal-investiment għandhom jieħdu passi raġonevoli sabiex jiżguraw li l-informazzjoni miġbura dwar il-klijenti jew il-klijenti potenzjali tagħhom hija affidabbli. Dan għandu jinkludi, imma mhuwiex limitat għal, dan li ġej:
(a)
l-iżgurar li l-klijenti huma konxji tal-importanza li jipprovdu informazzjoni preċiża u aġġornata;
(b)
l-iżgurar li l-għodod kollha, bħall-għodod tal-profili tal-valutazzjoni tar-riskju jew għodod li jivvalutaw l-għarfien u l-esperjenza tal-klijent, imħaddma fil-proċess tal-valutazzjoni ta' adegwatezza huma adatti għall-iskop tagħhom u huma mfassla b'mod adegwat għall-użu mal-klijenti tagħhom, bi kwalunkwe limitu identifikat u mitigat b'mod attiv permezz tal-proċess tal-valutazzjoni ta' adegwatezza;
(c)
l-iżgurar li l-mistoqsijiet użati fil-proċess huma probabbli li jinftiehmu mill-klijenti, jiġbru riflessjoni preċiża tal-għanijiet u l-bżonnijiet tal-klijent, u l-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-valutazzjoni ta' adegwatezza; u
(d)
t-teħid ta' passi, kif xieraq, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-informazzjoni tal-klijent, bħall-ikkunsidrar ta' jekk hemmx ineżattezzi ovvji fl-informazzjoni pprovduta mill-klijenti. Id-ditti tal-investiment li għandhom relazzjoni għaddejja mal-klijent, bħall-għoti kontinwu ta' konsulenza jew servizz ta' ġestjoni tal-portafoll, għandu jkollhom, u jkunu kapaċi juru, politiki u proċeduri xierqa sabiex iżommu informazzjoni adegwata u aġġornata dwar klijenti sal-limitu neċessarju sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti taħt paragrafu 2. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|