+Artikolu 54
---+Artikolu 54 1.
---+Artikolu 54 2.
---+Artikolu 54 3.
---+Artikolu 54 4.
---+Artikolu 54 5.
---+Artikolu 54 6.
---+Artikolu 54 7.
---+Artikolu 54 8.
---+Artikolu 54 9.
---+Artikolu 54 10.
---+Artikolu 54 11.
---+Artikolu 54 12.
---+Artikolu 54 13.
|
Artikolu 54
Valutazzjoni ta' adegwatezza u rapporti ta' adegwatezza (L-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 54 1.
|
Id-ditti tal-investiment ma għandhom joħolqu l-ebda ambigwità jew konfużjoni dwar ir-responsabilitajiet tagħhom fil-proċess meta jivvalutaw l-adegwatezza tas-servizzi tal-investiment jew l-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE. Meta twettaq il-valutazzjoni ta' adegwatezza, id-ditta għandha tinforma lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali, b'mod ċar u sempliċi, li r-raġuni għall-valutazzjoni tal-adegwatezza hija sabiex tippermetti lid-ditta taġixxi fl-aħjar interess tal-klijent. Fejn il-konsulenza dwar l-investiment jew is-servizzi ta' mmaniġġjar ta' portafolji huma pprovduti b'mod sħiħ jew b'mod parzjali permezz ta' sistema awtomatizzata jew semi-awtomatizzata, ir-responsabilità li titwettaq il-valutazzjoni tal-adegwatezza hija tad-ditta tal-investiment li tipprovdi s-servizz u ma għandhiex titnaqqas mill-użu ta' sistema elettronika meta ssir ir-rakkomandazzjoni personali jew id-deċiżjoni għall-kummerċ.
|
|
Artikolu 54 2.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jiddeterminaw il-limitu tal-informazzjoni li għandha tinġabar mill-klijenti fid-dawl tal-karatteristiċi kollha tal-konsulenza tal-investiment jew is-servizzi ta' mmaniġġjar ta' portafolji li għandhom jiġu pprovduti lil dawk il-klijenti. Id-ditti tal-investiment għandhom jiksbu minn klijenti jew minn klijenti potenzjali dik l-informazzjoni neċessarja sabiex id-ditta tifhem il-fatti essenzjali dwar il-klijent u sabiex ikollha bażi raġonevoli biex tiddetermina, wara li tagħti l-konsiderazzjoni dovuta għan-natura u għal-livell ta' servizz ipprovdut, li t-tranżazzjoni speċifika li għandha tkun irrakkomandata, jew irrealizzata matul l-għoti ta' servizz ta' ġestjoni tal-portafoll, tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
▼M4
(a)
tissodisfa l-objettivi tal-investiment tal-klijent inkwistjoni, inkluż it-tolleranza għar-riskju tal-klijent u kull preferenza ta’ sostenibbiltà;
▼B
(b)
tkun tali li l-klijent ikun jista' jiflaħ b'mod finanzjarju għal kull riskju relatat ta' investiment konsistenti mal-għanijiet ta' investiment tiegħu;
(c)
tkun tali li l-klijent ikollu l-esperjenza u l-għarfien neċessarji sabiex jifhem ir-riskji involuti fit-tranżazzjoni jew fil-ġestjoni tal-portafoll tiegħu.
|
|
Artikolu 54 3.
|
Meta ditta tal-investiment tipprovdi servizz tal-investiment lil klijent professjonali għandha tkun intitolata tassumi li, fir-rigward tal-prodotti, it-tranżazzjonijiet u s-servizzi li għalihom il-klijent huwa kklassifikat, dan ikollu l-livell neċessarju ta' esperjenza u tagħrif għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 2. Meta dak is-servizz tal-investiment jikkonsisti fl-għoti ta' konsulenza dwar l-investiment lil klijent professjonali kopert mit-Taqsima 1 tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditta tal-investiment għandha tkun intitolata tassumi għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 2 li l-klijent ikun jista' jiflaħ b'mod finanzjarju għal kull riskju ta' investiment relatat konsistenti mal-għanijiet tal-investiment ta' dak il-klijent.
|
|
Artikolu 54 4.
|
L-informazzjoni li tirrigwarda s-sitwazzjoni finanzjarja tal-klijent jew tal-klijent potenzjali għandha tinkludi, meta rilevanti, l-informazzjoni dwar is-sors u l-limitu tad-dħul regolari tiegħu, l-assi tiegħu, inklużi l-assi likwidi, l-investimenti u l-proprjetà immobbli, u l-impenji finanzjarji regolari tiegħu.
|
|
Artikolu 54 5.
|
L-informazzjoni dwar l-objettivi tal-investiment tal-klijent jew tal-klijent potenzjali għandha tinkludi, meta rilevanti, informazzjoni dwar it-tul ta’ żmien li l-klijent jixtieq iżomm l-investiment, il-preferenzi tiegħu jew tagħha rigward it-teħid tar-riskju, it-tolleranza tiegħu jew tagħha tar-riskju, l-iskop tal-investiment, kif ukoll il-preferenzi tas-sostenibbiltà tiegħu jew tagħha.
|
|
Artikolu 54 6.
|
Meta klijent huwa persuna ġuridika jew grupp ta' żewġ persuni naturali jew aktar jew fejn persuna fiżika waħda jew aktar huma rrappreżentati minn persuna fiżika oħra, id-ditta tal-investiment għandha tistabbilixxi u timplimenta politika dwar min għandu jkun soġġett għall-valutazzjoni ta' adegwatezza u kif din il-valutazzjoni ser issir fil-prattika, inkluż minn min għandha tinġabar l-informazzjoni dwar l-għarfien u l-esperjenza, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-għanijiet tal-investiment. Id-ditta tal-investiment għandha tirreġistra din il-politika. Fejn persuna fiżika hija rrappreżentata minn persuna fiżika oħra jew fejn persuna ġuridika talbet trattament bħala klijent professjonali skont it-Taqsima 2 tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE għandha titqies għal valutazzjoni ta' adegwatezza, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-għanijiet tal-investiment għandhom ikunu dawk tal-persuna ġuridika jew, fir-rigward tal-persuna fiżika, il-klijent sottostanti aktar milli tar-rappreżentant. L-għarfien u l-esperjenza għandhom ikunu dawk tar-rappreżentant tal-persuna fiżika jew il-persuna awtorizzata li twettaq it-tranżazzjonijiet f'isem il-klijent sottostanti.
|
|
Artikolu 54 7.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jieħdu passi raġonevoli sabiex jiżguraw li l-informazzjoni miġbura dwar il-klijenti jew il-klijenti potenzjali tagħhom hija affidabbli. Dan għandu jinkludi, imma mhuwiex limitat għal, dan li ġej:
(a)
l-iżgurar li l-klijenti huma konxji tal-importanza li jipprovdu informazzjoni preċiża u aġġornata;
(b)
l-iżgurar li l-għodod kollha, bħall-għodod tal-profili tal-valutazzjoni tar-riskju jew għodod li jivvalutaw l-għarfien u l-esperjenza tal-klijent, imħaddma fil-proċess tal-valutazzjoni ta' adegwatezza huma adatti għall-iskop tagħhom u huma mfassla b'mod adegwat għall-użu mal-klijenti tagħhom, bi kwalunkwe limitu identifikat u mitigat b'mod attiv permezz tal-proċess tal-valutazzjoni ta' adegwatezza;
(c)
l-iżgurar li l-mistoqsijiet użati fil-proċess huma probabbli li jinftiehmu mill-klijenti, jiġbru riflessjoni preċiża tal-għanijiet u l-bżonnijiet tal-klijent, u l-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-valutazzjoni ta' adegwatezza; u
(d)
t-teħid ta' passi, kif xieraq, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-informazzjoni tal-klijent, bħall-ikkunsidrar ta' jekk hemmx ineżattezzi ovvji fl-informazzjoni pprovduta mill-klijenti.
Id-ditti tal-investiment li għandhom relazzjoni għaddejja mal-klijent, bħall-għoti kontinwu ta' konsulenza jew servizz ta' ġestjoni tal-portafoll, għandu jkollhom, u jkunu kapaċi juru, politiki u proċeduri xierqa sabiex iżommu informazzjoni adegwata u aġġornata dwar klijenti sal-limitu neċessarju sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti taħt paragrafu 2.
|
|
Artikolu 54 8.
|
Fejn, filwaqt li tipprovdi servizz tal-investiment ta' konsulenza dwar l-investiment jew immaniġġjar ta' portafolji, id-ditta tal-investiment ma tiksibx l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditta ma għandhiex tirrakkomanda servizzi tal-investiment jew strumenti finanzjarji lill-klijent jew lill-klijent potenzjali.
|
|
Artikolu 54 9.
|
Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom fis-seħħ, u jkunu kapaċi juru li għandhom fis-seħħ, politiki u proċeduri adegwati sabiex jiżguraw li jifhmu n-natura, il-karatteristiċi, inkluż il-kostijiet u r-riskji tas-servizzi ta’ investiment u tal-istrumenti finanzjarji magħżula għall-klijenti tagħhom, inkluż kull fattur ta’ sostenibbiltà, u li jivvalutaw, filwaqt li jqisu l-kost u l-kumplessità, jekk is-servizzi ta’ investiment jew l-istrumenti finanzjarji ekwivalenti jistgħux jissodisfaw il-profil tal-klijent tagħhom.
|
|
Artikolu 54 10.
|
Meta tipprovdi s-servizz ta’ investiment ta’ konsulenza b’rabta mal-investimenti jew ta’ ġestjoni tal-portafoll, id-ditta tal-investiment la għandha tirrakkomanda u lanqas tiddeċiedi li tinnegozja jekk l-ebda servizz jew strument ma jkun adegwat għall-klijent. Ditta tal-investiment ma għandhiex tirrakkomanda strumenti finanzjarji jew tiddeċiedi li tinnegozja b’tali strumenti bħala li jissodisfaw il-preferenzi tas-sostenibbiltà ta’ klijent jew klijent potenzjali meta dawn l-istrumenti finanzjarji ma jissodisfawx dawk il-preferenzi. Id-ditta tal-investiment għandha tispjega lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali r-raġunijiet għaliex ma għamlitx dan, u żżomm rekords ta’ dawn ir-raġunijiet. Jekk l-ebda strument finanzjarju ma jissodisfa l-preferenzi tas-sostenibbiltà tal-klijent jew tal-klijent potenzjali, u l-klijent jiddeċiedi li jadatta l-preferenzi tas-sostenibbiltà, id-ditta tal-investiment għandha żżomm rekords tad-deċiżjoni tal-klijent, inklużi r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 54 11.
|
Meta jipprovdu konsulenza tal-investiment jew servizzi ta' mmaniġġjar ta' portafolji li jinvolvu t-tibdil ta' investimenti, jew permezz tal-bejgħ ta' strument u x-xiri ta' ieħor jew billi jeżerċitaw dritt li jagħmlu bidla fir-rigward ta' strument eżistenti, id-ditti tal-investiment għandhom jiġbru l-informazzjoni meħtieġa dwar l-investimenti eżistenti tal-klijent u l-investimenti ġodda rrakkomandati u għandhom iwettqu analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tat-tibdil, b'tali mod li huma kapaċi b'mod raġonevoli juru li l-benefiċċji tat-tibidil huma akbar mill-ispejjeż.
|
|
Artikolu 54 12.
|
Meta jipprovdu konsulenza dwar l-investiment, id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu rapport lill-klijent konsumatur li jkun jinkludi deskrizzjoni fil-qosor tal-konsulenza mogħtija u li jispjega kif ir-rakkomandazzjoni pprovduta hija adatta għall-klijent konsumatur, inkluż kif ir-rakkomandazzjoni tissodisfa l-objettivi tal-investiment tal-klijent, iċ-ċirkostanzi personali tiegħu jew tagħha fir-rigward tat-terminu tal-investiment meħtieġ, l-għarfien u l-esperjenza tal-klijent kif ukoll l-attitudni tal-klijent għar-riskju, il-kapaċità tiegħu jew tagħha ta’ tiġrib ta’ telf u l-preferenzi ta’ sostenibbiltà tiegħu jew tagħha. Id-ditti tal-investiment għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-klijent lejn u għandhom jinkludu fir-rapport ta' adegwatezza informazzjoni dwar jekk is-servizzi jew strumenti rrakkomandati jeħtiġux x'aktarx lill-klijent mhux professjonali sabiex ifittex reviżjoni perjodika tal-arranġamenti tagħhom. Fejn ditta tal-investiment tipprovdi servizz li jinvolvi valutazzjonijiet tal-adegwatezza u rapporti perjodiċi, ir-rapporti sussegwenti wara li s-servizz tal-bidu jkun stabbilit jistgħu jkopru biss bidliet fis-servizzi jew l-istrumenti involuti u/jew iċ-ċirkostanzi tal-klijent u jistgħu ma jeħtiġux jirrepetu d-dettalji kollha tal-ewwel rapport.
|
|
Artikolu 54 13.
|
Id-ditti tal-investiment li jipprovdu valutazzjoni perjodika ta' adegwatezza għandhom jirrevedu, sabiex itejbu s-servizz, l-adegwatezza tar-rakkomandazzjonijiet mogħtija għallinqas darba fis-sena. Il-frekwenza ta' din il-valutazzjoni għandha tiżdied skont il-profil tar-riskju tal-klijent u t-tip ta' strumenti finanzjarji rrakkomandati. Ir-rekwiżiti biex jiġu ssodisfati l-preferenzi tas-sostenibbiltà tal-klijenti jew tal-klijenti potenzjali, fejn rilevanti, ma għandhomx ibiddlu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|