+Artikolu 55
---+Artikolu 55 1.
---+Artikolu 55 2.
---+Artikolu 55 3.

Artikolu 55

Dispożizzjonijiet komuni għall-valutazzjoni ta' adegwatezza jew adattabilità

(L-Artikolu 25(2) u 25(3) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 55 1.

Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tirrigwarda l-għarfien u l-esperjenza tal-klijent jew tal-klijent potenzjali fil-qasam tal-investiment tinkludi dan li ġej, sa fejn adattat għan-natura tal-klijent, in-natura u l-livell tas-servizz li għandu jkun ipprovdut u t-tip ta' prodott jew tranżazzjoni maħsuba, inklużi l-kumplessità tagħhom u r-riskji involuti:

(a) 

it-tipi ta' servizz, tranżazzjoni u strument finanzjarju li magħhom il-klijent huwa familjari;

(b) 

in-natura, il-volum, u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet tal-klijent fi strumenti finanzjarji u l-perjodu li matulu twettqu;

(c) 

il-livell ta' edukazzjoni, u l-professjoni jew il-professjoni rilevanti preċedenti tal-klijent jew tal-klijent potenzjali.

Artikolu 55 2.
Ditta tal-investiment ma għandhiex tiskoraġġixxi lil klijent jew lil klijent potenzjali milli jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-Artikolu 25(2) u (3) tad-Direttiva 2014/65/UE.
Artikolu 55 3.
Ditta tal-investiment għandha tkun intitolata tibbaża fuq l-informazzjoni pprovduta mill-klijenti jew mill-klijenti potenzjali tagħha sakemm ma tkunx konxja jew imissha tkun konxja li l-informazzjoni hija mingħajr dubju skaduta, mhux eżatta jew mhux kompluta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.