|
+Artikolu 60 2. |
Artikolu 60 2.Id-dikjarazzjoni perjodika meħtieġa taħt il-paragrafu 1 għandha tipprovdi reviżjoni ġusta u bbilanċjata tal-attivitajiet imwettqa u tal-prestazzjoni tal-portafoll matul il-perjodu ta' rappurtaġġ u għandha tinkludi, meta rilevanti, l-informazzjoni li ġejja:
(a)
isem id-ditta tal-investiment;
(b)
l-isem jew deżinjazzjoni oħra tal-kont tal-klijent;
(c)
dikjarazzjoni tal-kontenut u l-valutazzjoni tal-portafoll, inklużi dettalji ta' kull strument finanzjarju miżmum, il-valur tas-suq tiegħu, jew il-valur ġust jekk il-valur tas-suq ma jkunx disponibbli u l-bilanċ ta' kontanti fil-bidu u fl-aħħar tal-perjodu ta' rappurtaġġ, u l-prestazzjoni tal-portafoll matul il-perjodu ta' rappurtaġġ;
(d)
l-ammont totali ta' tariffi u ħlasijiet applikati matul il-perjodu ta' rappurtaġġ, bit-tqassim f'partiti ta' mill-inqas it-tariffi totali tal-ġestjoni u l-ispejjeż totali assoċjati mal-eżekuzzjoni, u li jinkludu, meta rilevanti, dikjarazzjoni li analiżi iktar dettaljata tkun ipprovduta fuq talba;
(e)
paragun tal-prestazzjoni matul il-perjodu kopert mid-dikjarazzjoni mal-parametru ta' referenza għal-prestazzjoni tal-investiment (jekk ikun jeżisti) miftiehem bejn id-ditta tal-investiment u l-klijent;
(f)
l-ammont totali ta' dividendi, imgħax u pagamenti oħrajn riċevuti matul il-perjodu ta' rappurtaġġ fir-rigward tal-portafoll tal-klijent;
(g)
informazzjoni dwar azzjonijiet korporattivi oħrajn li jagħtu drittijiet fir-rigward ta' strumenti finanzjarji miżmuma fil-portafoll;
(h)
għal kull tranżazzjoni eżegwita matul il-perjodu, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(4)(c) sa (l) meta rilevanti, sakemm il-klijent ma jagħżilx li jirċievi informazzjoni dwar tranżazzjonijiet eżegwiti fuq bażi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni, f'liema każ għandu japplika l-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|