+Artikolu 60
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
---+Artikolu 60 4.
|
Artikolu 60
Obbligi ta' rappurtaġġ fir-rigward ta' ġestjoni tal-portafoll (L-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 60 1.
|
Id-ditti tal-investiment li jipprovdu s-servizz ta' ġestjoni tal-portafoll lil klijenti għandhom jipprovdu lil kull klijent b'dikjarazzjoni perjodika f'mezz permanenti dwar l-attivitajiet ta' ġestjoni tal-portafoll imwettqa għan-nom ta' dak il-klijent sakemm din id-dikjarazzjoni ma tkunx ipprovduta minn persuna oħra.
|
|
Artikolu 60 2.
|
Id-dikjarazzjoni perjodika meħtieġa taħt il-paragrafu 1 għandha tipprovdi reviżjoni ġusta u bbilanċjata tal-attivitajiet imwettqa u tal-prestazzjoni tal-portafoll matul il-perjodu ta' rappurtaġġ u għandha tinkludi, meta rilevanti, l-informazzjoni li ġejja:
(a)
isem id-ditta tal-investiment;
(b)
l-isem jew deżinjazzjoni oħra tal-kont tal-klijent;
(c)
dikjarazzjoni tal-kontenut u l-valutazzjoni tal-portafoll, inklużi dettalji ta' kull strument finanzjarju miżmum, il-valur tas-suq tiegħu, jew il-valur ġust jekk il-valur tas-suq ma jkunx disponibbli u l-bilanċ ta' kontanti fil-bidu u fl-aħħar tal-perjodu ta' rappurtaġġ, u l-prestazzjoni tal-portafoll matul il-perjodu ta' rappurtaġġ;
(d)
l-ammont totali ta' tariffi u ħlasijiet applikati matul il-perjodu ta' rappurtaġġ, bit-tqassim f'partiti ta' mill-inqas it-tariffi totali tal-ġestjoni u l-ispejjeż totali assoċjati mal-eżekuzzjoni, u li jinkludu, meta rilevanti, dikjarazzjoni li analiżi iktar dettaljata tkun ipprovduta fuq talba;
(e)
paragun tal-prestazzjoni matul il-perjodu kopert mid-dikjarazzjoni mal-parametru ta' referenza għal-prestazzjoni tal-investiment (jekk ikun jeżisti) miftiehem bejn id-ditta tal-investiment u l-klijent;
(f)
l-ammont totali ta' dividendi, imgħax u pagamenti oħrajn riċevuti matul il-perjodu ta' rappurtaġġ fir-rigward tal-portafoll tal-klijent;
(g)
informazzjoni dwar azzjonijiet korporattivi oħrajn li jagħtu drittijiet fir-rigward ta' strumenti finanzjarji miżmuma fil-portafoll;
(h)
għal kull tranżazzjoni eżegwita matul il-perjodu, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(4)(c) sa (l) meta rilevanti, sakemm il-klijent ma jagħżilx li jirċievi informazzjoni dwar tranżazzjonijiet eżegwiti fuq bażi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni, f'liema każ għandu japplika l-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 60 3.
|
Id-dikjarazzjoni perjodika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ipprovduta darba kull tliet (3) xhur, ħlief fil-każijiet li ġejjin:
(a)
fejn id-ditta tal-investiment tipprovdi lill-klijenti tagħha aċċess għal sistema online, li tikkwalifika bħala mezz permanenti, fejn valutazzjonijiet aġġornati tal-portafoll tal-klijent jistgħu jiġu aċċessati u fejn il-klijent jista' jaċċessa faċilment l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 63(2) u d-ditta għandha evidenza li l-klijent aċċessa valutazzjoni tal-portafoll tagħhom mill-anqas darba waqt it-tliet (3) xhur rilevanti;
(b)
f'każijiet fejn japplika l-paragrafu 4, id-dikjarazzjoni perjodika għandha tkun ipprovduta għallinqas darba fi 12-il xahar;
(c)
meta l-ftehim bejn ditta tal-investiment u klijent għal servizz ta' ġestjoni tal-portafoll jawtorizza portafoll ikkaratterizzat b'effett ta' stimolu, id-dikjarazzjoni perjodika għandha tkun ipprovduta mill-inqas darba f'xahar.
L-eċċezzjoni prevista fil-punt (b) ma għandhiex tapplika fil-każ ta' tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji koperti mill-Artikolu 4(1)(44)(c) ta', jew xi wieħed mill-punti 4 sa 11 tat-Taqsima C fl-Anness I mad-Direttiva 2014/65/UE.
|
|
Artikolu 60 4.
|
Id-ditti tal-investiment, f'każijiet meta l-klijent jagħżel li jirċievi informazzjoni dwar tranżazzjonijiet eżegwiti fuq bażi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni, għandhom jipprovdu minnufih lill-klijent, hekk kif tkun eżegwita t-tranżazzjoni mill-ġestitur tal-portafoll, l-informazzjoni essenzjali li tikkonċerna dik it-tranżazzjoni f'mezz permanenti. Id-ditta tal-investiment għandha tibgħat lill-klijent notifika li tikkonferma t-tranżazzjoni u li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(4) mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara dik l-eżekuzzjoni jew, jekk il-konferma tasal għand id-ditta tal-investiment minn parti terza, mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara l-irċevuta tal-konferma mill-parti terza. It-tieni subparagrafu ma għandux japplika meta l-konferma jkun fiha l-istess informazzjoni bħal konferma li għandha tintbagħat minnufih lill-klijent minn persuna oħra.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|