+Artikolu 64
---+Artikolu 64 1.
---+Artikolu 64 2.
---+Artikolu 64 3.
---+Artikolu 64 4.
|
Artikolu 64
Il-kriterji tal-aħjar eżekuzzjoni (L-Artikoli 27(1) u 24(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 64 1.
|
Meta jeżegwixxu ordnijiet tal-klijenti, id-ditti tal-investiment għandhom iqisu l-kriterji li ġejjin biex jiddeterminaw l-importanza relattiva tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/65/UE:
(a)
il-karatteristiċi tal-klijent inkluża l-kategorizzazzjoni tal-klijent bħala klijent mhux professjonali jew klijent professjonali;
(b)
il-karatteristiċi tal-ordni tal-klijent, inklu' fejn l-ordni jinkludi tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli (SFT);
(c)
il-karatteristiċi tal-istrumenti finanzjarji li jkunu s-suġġett ta' dik l-ordni;
(d)
il-karatteristiċi taċ-ċentri tal-eżekuzzjoni fejn dik l-ordni tista' tintbagħat.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu u l-Artikoli 65 u 66, “post ta' eżekuzzjoni” jinkludi suq regolat, MTF (multilateral trading facility — faċilità multilaterali tan-negozjar), OTF (organised trading facility — faċilità organizzata tan-negozjar), internalizzatur sistematiku, jew kreatur tas-suq jew fornitur ieħor ta' likwidità jew entità li twettaq funzjoni simili f'pajjiż terz għall-funzjonijiet imwettqa minn xi wieħed minn dawn ta' qabel.
|
|
Artikolu 64 2.
|
Ditta tal-investiment tissodisfa l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/65/UE li tieħu l-passi raġonevoli kollha sabiex tikseb l-aħjar riżultat possibbli għal klijent diment li teżegwixxi ordni jew aspett speċifiku ta' ordni fuq istruzzjonijiet speċifiċi mill-klijent li jirrelataw għall-ordni jew għall-aspett speċifiku tal-ordni.
|
|
Artikolu 64 3.
|
Id-ditti tal-investiment ma għandhomx jibnu jew jitolbu l-kummissjonijiet tagħhom b'tali mod li joħolqu diskriminazzjoni inġusta bejn postijiet tal-eżekuzzjoni.
|
|
Artikolu 64 4.
|
Meta teżegwixxi ordnijiet jew tieħu deċiżjoni sabiex tinnegozja fi prodotti ta' OTC inkluż prodotti xierqa, id-ditta tal-investiment għandha tivverifika l-ġustizzja tal-prezz propost lill-klijent, billi tiġbor id-data tas-suq użata fl-istima tal-prezz ta' prodott bħal dan u, fejn possibbli, billi tqabbel ma' prodotti simili jew komparabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|