|
+Artikolu 64 1. |
Artikolu 64 1.Meta jeżegwixxu ordnijiet tal-klijenti, id-ditti tal-investiment għandhom iqisu l-kriterji li ġejjin biex jiddeterminaw l-importanza relattiva tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/65/UE:
(a)
il-karatteristiċi tal-klijent inkluża l-kategorizzazzjoni tal-klijent bħala klijent mhux professjonali jew klijent professjonali;
(b)
il-karatteristiċi tal-ordni tal-klijent, inklu' fejn l-ordni jinkludi tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli (SFT);
(c)
il-karatteristiċi tal-istrumenti finanzjarji li jkunu s-suġġett ta' dik l-ordni;
(d)
il-karatteristiċi taċ-ċentri tal-eżekuzzjoni fejn dik l-ordni tista' tintbagħat. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu u l-Artikoli 65 u 66, “post ta' eżekuzzjoni” jinkludi suq regolat, MTF (multilateral trading facility — faċilità multilaterali tan-negozjar), OTF (organised trading facility — faċilità organizzata tan-negozjar), internalizzatur sistematiku, jew kreatur tas-suq jew fornitur ieħor ta' likwidità jew entità li twettaq funzjoni simili f'pajjiż terz għall-funzjonijiet imwettqa minn xi wieħed minn dawn ta' qabel. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|